Wednesday 4th March 2015
L-Ewwel Edizzjoni tat-Tazza Ledon

Il-Ħadd li ġej ssir l-ewwel edizzjoni tat-Tazza Ledon riservata għall-żwiemel tal-galopp. Din it-Tazza qed tkun sponsorjata minn Glow Lightning bl-għan prinċipali ikun li jerġa jitqajjem interess fit-tiġrijiet tal-galopp.


 


It-Tazza Ledon ser tkun is-7 tiġrija fil-programm u tibda fl-4:05. Għandha total ta’ €800 fi premjijiet bi trofej għall-ewwel tlieta bir-rebbieħ jiġi wkoll ippreżentat bit-Tazza Ledon li saret il-Ġermanja u hija magħmula mill-kristall.


 


Għal din it-tiġrija, li hija fuq distanza ta’ 1750m, irreġistraw tmien t’iżwiemel, il-massimu li jistgħu jipparteċipaw fosthom żewġ debuttanti.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/06/15