Thursday 5th March 2015
Gerrej tax-Xahar Dicembru 2014

Is-Sibt li ġej waqt it-8 programm ta’ l-istaġun ser inkomplu s-sensiela ta’ preżentazzjonijiet għal dak li hu ġerrej tax-xahar. Din id-darba jmiss lis-sewwieq Għawdxi Julian Farrugia li ġie ddikjarat l-aħjar ġerrej għax-xahar ta’ Diċembru 2014.


 


Bħal dejjem din l-għażla hi fdata f’idejn il-ġurnalisti li jirraportaw regolarment it-tiġrijiet taż-żwiemel kif ukoll il-membri tal-Kunsill tal-Malta Racing Club.


 


Ġiljan Farrugia għadu kemm għalaq 51 sena u din hija r-raba’ darba li rebaħ dan l-unur minn kemm ilu jsir tliet snin ilu. Huwa wieħed mill-aktar sewwieqa stabbiliti lokalment u minn kemm ilu jsuq mill-istaġun 1989/1990 rebaħ kważi 600 tiġrija.


 


Matul Diċembru huwa rnexxielu jirbaħ 7 tiġrijiet fosthom il-prestiġjuża Prix de Vincennes biż-żiemel Okilaibo.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/07/15