Tuesday 17th March 2015
Kampjonat Assikura - Finali Klassi Bronze

Wara li nhar l-1 ta’ Marzu saret il-finali tal-Klassi Gold mill-Kampjonat sponsorjat mill-kumpanija ta’ l-assigurazzjoni Assikura issa nhar il-Ħamis imiss lil Klassi Bronze.


 


Dawn iż-żwiemel ġrew l-ewwel darba fit-22 ta’ Frar sabiex ikkwalifikaw għas-semi finali li saru nhar it-8 ta’ Marzu. Dakinhar sirna nafu id-9 żwiemel finalisti li ħa jieħdu sehem il-Ħamis.


 


It-tiġrija ser tkun is-sitt waħda tal-programm u tibda fl-4:00 p.m. Ghandha premju totali ta’ €800 u jitqassmu trofej lil dawk li jispiċċaw fl-ewwel erbgħa postijiet.


 


Il-Finali tal-Klassi Gold intrebħet miż-żiemel Franċiż ta’ 11 il-sena Quito de Neret misjuq minn Noel Baldacchino u propjeta tas-Sur Ċikku Borg. Din għalih kienet it-tielet rebħa konsekuttiva mid-debut tiegħu f’Malta propjament f’dan il-kampjonat. Il-preżentazzjoni lir-rebbieħa saret mill-Managing Director tal-Kumpanija Assikura s-Sur Andrew Grech u wieħed mill-uffiċjali tal-Kunsill tal-Malta Racing Club is-Sur Fidel Dalli.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/08/15