Friday 27th March 2015
Kampjonat Krafft

Fil-programm ta’ tiġrijiet li jmiss nhar il-Ħadd li ġej fil-Korsa tal-Marsa, ser jingħata bidu għall-Kampjonat sponsorjat mid-ditta Krafft u huwa riservat għal żwiemel tal-Klassi Silver.


 


Din mhix l-ewwel darba li din id-ditta ta’ għalf rinomat taż-żwiemel assoċjat ruħha mat-tiġrijiet lokali u filfatt fl-2004 kienu sponsorjaw waħda mit-tiġrijiet tal-Malta/Sweden Encounter. Fl-2008 kienu saru żewġ kampjonati riservati għall-klassijiet Premier/Gold u Silver/Bronze u li kienu miftuħa għall-żwiemel li ma kienux ta’ nazzjonalita Franċiża jew Svediża u fl-2011 saru sensiela ta’ tiġrijiet sponsorjati minn din id-ditta.


 


Għall-kampjonat ta’ din is-sena inkitbu 91 żiemel li ġew maqsuma fi tmien heats kwalifikattivi u li ser isiru l-Ħadd 29 u t-Tlieta 31 ta’ Marzu. Fost dawn insibu tliet debuttanti.  Minn dawn il-heats l-ewwel erbgħa jgħaddu għat-tliet semi finali li jsiru nhar it-12 t’April sabiex imbgħad jerġaw jgħaddu l-ewwel 4 għall-finali li tinġera l-Ħadd 26 t’April. Il-fond totali ta’ premjijiet fil-finali huwa ta’ €1200.


 


L-ewwel tiġrija f’dawn iż-żewġ programmi li jmiss tibda fis-13:45.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/10/15