Saturday 11th April 2015
Gerrej tax-Xahar Jannar/Frar 2015

Nhar il-Ħadd li ġej ser issir il-preżentazzjoni għall-aħjar ġerrej għax-xhur Jannar u Frar. F’dawn l-ewwel xahrejn tax-sena kienu saru 6 programmi ta’ tiġrijiet u l-għażla tal-ġurnalisti u membri tal-Kunsill tal-Malta Racing Club waqet fuq Charles Camilleri.


 


Camilleri għandu 43 sena u huwa c-Champion renjanti tal-Malta Racing Club. Din hi s-7 darba li rebaħ l-unur tal-ġerrej tax-xahar tlieta minnhom l-istaġun li għadda fejn ukoll kien l-aqwa ġerrej għax-xhur Jannar/Frar.


 


Matul dawn is-sitt programmi saq 37 darba fejn rebaħ 6 tiġrijiet u pplejsja fi 12 oħra. Matul dan l-istaġun bħalissa reġa qiegħed fil-quċċata tal-klassifika għall-aqwa ġerrej.


 


Dan l-unur qed jiġi sponsorjat minn Gold Lady Jewellery taż-Żejtun grazzi għall-propjetarju s-Sur Mario James.


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/12/15