Wednesday 29th April 2015
Tazza San Frangisk

Il-Ġimgħa l-1 ta’ Mejju ser isir programm ta’ tiġrijiet fejn waħda mit-tiġrijiet prinċipali tkun il-Finali tat-Tazza San Franġisk riservata għall-Klassi Copper.


 


Din it-Tazza kienet ġiet imnedija s-sena l-oħra fuq inizjattiva ta’ Patri Mario Attard OFM Cap u filfatt l-ewwel finali kienet saret nhar il-11 ta’ Mejju u ġiet mirbuħa minn Ocean Gede misjuq minn Mario Fenech wara li r-riżultat kien alterat kawża ta’ riżultat pożittiv ta’ doping.


 


B’kollox 37 żiemel ipparteċipaw f’erba’ heats li saru nhar il-Ġimgħa 17 t’April u li minnhom tnax ikkwalifikaw għall-finali pero huma biss 11 li ser jiġru nhar il-Ġimgħa wara li wieħed mir-rebbieħa, Silvio Baldwin, kien irtirat qabel il-poloz tal-finali.


 


It-tiġrija hija fuq distanza ta’ 2140m u tibda fl-4:05 pm. Il-fond totali tal-premjijiet huwa ta’ €640.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/15/15