Monday 20th July 2015
Finali Mapfre Middlesea Ghall-Klassi Premier

Dalgħodu fil-board room tal-Malta Racing Club saret konferenza stampa sabiex jingħataw l-aħħar dettalji dwar il-finali sponsorjata mid-ditta ta’ l-assigurazzjoni Mapfre Middlesea riservata għall-klassi Premier.


 


Apparti ic-Chairman tal-Malta Racing  Club is-Sur Edwin Borg u l-uffiċjali tal-Malta Racing Club preżenti kien hemm ukoll is-Sur Fernando DoCampo Assistant General Manager tal-kumpanija Mapfre Middlesea kif ukoll is-sidien taż-żwiemel finalisti.


 


Nhar it-12 ta’ Ġunju ingħata bidu għall-kampjonat tas-Sajf fejn iż-żwiemel kellhom jiġru massimu ta’ tliet heats li fihom ingħataw punti skond il-pożizzjoni li spiċċaw fiha f’kull tiġrija. B’kollox saru 6 laqgħat ta’ tiġrijiet kull nhar ta’ Ġimgħa u fil-klassi Premier kienu 28 żiemel li akkwistaw punti peress li spiċċaw ta’ l-inqas darba fl-10 post.  Minn dawn l-aktar 12 li marru tajjeb ikkwalifikaw għall-finali u dalgħodu fil-preżenza tas-sidien ittellaw in-numri li bihom dawn iż-żwiemel ser jitilqu wara l-karozza tat-tluq nhar il-Ġimgħa filgħaxija.


 


It-tnax il-żiemel bil-ġerrejja probabli ser jiġru hekk:


 


1.         Quartz de Chenu – Michael Ellul


2.         Indigo Broline – Eugenio Bondin


3.         Quartz de Vindecy – Carmelo Farrugia


4.         Princess View – Jonathan J. Farrugia


5..        Quillan Joyeux – Andrew Farrugia


6.         Quattro d’Arline – Cliferty Calleja


7.         Qui Sait – Rodney Gatt


8.         Donald Duck Tooma – Charles Camilleri


9.         Wee Catch Diamond – Julian Farrugia


10.       Cloria Victis – Caillin Borg


11.       Printemps de Gaia – Johann Axisa


12.       Quartz Pierji – Frank Abdilla


 


 


 


It-tiġrija mistennija tkun is-6 waħda fil-programm u tibda fid-9:05 p.m. Id-distanza tkun waħda ta’ 2140m u l-premju totali huwa ta’ €2400 bir-rebbieħ jieħu €1350.  Barra minn hekk is-sidien ta’ dawk iż-żwiemel li jispiċċaw fl-ewwel erba’ postijiet jingħataw trofej u ż-żiemel rebbieħ jingħata wkoll għata kommemorattiva.


F’isem is-sidien u d-dilettanti kollha tat-tiġrijiet taż-żwiemel nixtiequ nirringrazzjaw lid-ditta Mapfre Middlesea li mill-ewwel urew ix-xewqa li jassoċċjaw ruħhom mat-tiġrijiet taż-żwiemel meta kienu qed jagħmlu r-rebranding tal-kumpanija.


 


Il-programm ta’ nhar il-Ġimgħa ikun jikkonsisti minn 7 finali u jkun l-aħħar wieħed qabel il-waqfa tas-Sajf. L-istaġun mistenni jerġa jissokta nhar it-18 ta’Settembru.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 



MRC/18/15