Monday 9th November 2015
Tazza tal-President

Illum wara nofsinhar saret konferenza stampa dwar It-Tazza tal-President li ser issir il-Ħadd 22 ta’ Novembru.


 


Bħas-sena l-oħra ġie deċiż li l-Finali tat-Tazza tal-President issir f’Novembru sabiex ikunu jistaw jipparteċipaw iż-żwiemel kollha ta’ l-ogħla klassi. 42 żiemel ġrew f’4 heats nhar it-18 t’Ottubru li minnhom ikkwalifikaw 20 għaż-żewġ semi finali li nġrew il-bieraħ wara li l-programm kellu jiġi pospost minħabba l-maltemp. Id-distanza hija waħda ta’ 2140m.


 


Din il-15 il-edizzjoni tat-Tazza tal-President bħas-soltu taqa taħt il-Patronċinju ta’ l-E.T. Dr Marie Louise Coleiro Preca li ser tkun preżenti fostna sabiex tassisti għall-programm imħejji għal ta’ l-apposta kif ukoll tippremja lir-rebbieħa. Nirringrazzjaw ukoll lil Kumpanija Philip Agius & Sons ta' l-ghajnuna finanzjarja biex setat tigi organizzata din l-edizzjoni.


 


Kif  inhi t-tradizzjoni ta’ din it-tiġrija ser ikunu s-sidien stess taż-żwiemel finalisti jew rappreżentanti tagħhom li jagħżlu n-numru tat-tluq wara l-karozza. L-ordni ta’ l-għażla hija skond il-pjazzament u l-ħin reġistrat fis-semi finali.


 


Tradizzjoni oħra li nbdiet f’dawn l-aħħar snin hi li l-programm varjat imħejji għall-okkażjoni ikollu bħala protagonisti it-tfal ta’ l-Akkademja taż-żwiemel fi ħdan il-Malta Racing Club.


 


Din is-sena għal darb’oħra ser issir il-Mini President’s Cup fejn it-tfal ta’ l-Akkademja jsuqu ponijiet żgħar bi trott. It-trofew lir-rebbieħ jew rebbieħa tiġi ppreżentata wkoll mill-President ta’ Malta. Għal din it-tiġrija ukoll saru żewġ heats il-bieraħ biex ikkwalifikaw is-6 ponijiet li ħa jipparteċipaw fil-finali u li l-polza għalihom ukoll ser titella llum waqt din il-konferenza stampa.


 


1. Cory (Jaydon Cutajar)


2. Daisy (Cherise Farrugia)


3. Cindy (Jordan Joe Gauci)


4. Baby Boko (Dejan Calleja)


5. She Is A Lady (Darnell Colombo)


6. Trouble (Ryan Cassar)


 


Mal-wasla ta’ l-E.T. il-President, iċ-ċkejkna Rhiona Degiorgio se tkanta l-Innu Malti u wara t-tfal ta’ l-Akkademja ser iwasslu lis-sewwieqa finalisti fuq xrieret bil-ponijiet fil-lok tal-preżentazzjoni fejn jiġu milqugħa minn tfal oħra bil-fjuri u jiġu ppreżentati b’tifkira ta’ l-okkażjoni mill-President ta’ Malta.


 


Kull żiemel finalist ser jingħata ghata li biha irid joħroġ ghall-parata li ser tkun immexxija mir-rebbieħ tas-sena 2010 Lucas Ness u hekk kif jitħabbar ir-rebbieħ Rhiona Degiorgio ser tkanta diska ta’ l-okkażjoni.


 


 


 


Il-fond tal-premjijiet jammonta għal 3600 Ewro bir-rebbieħ jieħu s-somma ta’ 2025 ewro, għata kommemorattiva u d-dritt li jżomm għal sena it-trofew prestiġjuż xogħol l-artist George Muscat. Jingħataw trofej lil dawk li jispiċċaw fl-ewwel erba’ postijiet.


 


 


 


S’intendi bħal dejjem din il-Finali ġġorr magħha skop filantropiku dik li jinġabru fondi għall-Istrina fi ħdan il-Community ChestFund. Għal dan il-għan il-voluntiera ser ikunu qed iduru bil-bottijiet sabiex jilqaw id-donazzjonijiet tal-pubbliku. Barra minn hekk aħna nħeġġu wkoll lis-Sidien rebbieħa sabiex bħal dejjem ikunu ġenerużi u jiddonaw parti mill-premju lill-Istrina.


 


Din is-sena għandna 10 finalisti:


 


1. Rainbow Dancer


2. Nico Oland


3. Ohime Mag


4. Ripsos de Fa


5. Rio de Lou


6. Vasterbo Paradise


7. Orcas Bac


8. Quo Williams


9. Zalgado Transs R


10. Quillian Joyeux


 


Lista tar-Rebbieħa Preċedenti tat-Tazza tal-President:


 


Sajf 1992         Zito Bob (Tony Tanti)


1992/1993       Sanit (Charles Clifton)


1993/1994       Alto Be (Frencu Cassar)


1994/1995       Major Bill (John Briffa)


1995/1996       Huggie Hanover (Raymond Clifton)


1996/1997       Huggie Hanover (Raymond Clifton)


1997/1998       Captain Trackline (Joseph Scicluna)


1998/1999       Bambin d’Orleans (Philip Giordmaina)


2004                Huit Mars (Michael Seychell)


2010                Lucas Ness (Mario Farrugia)


2011                Livi Cantona (Charles Camilleri)


2012                Mont Cenis Honey (Noel Baldacchino)


2013                Gently di Poggio (Brian Zammit)


2014                Pedro Vici (Johann Axisa)


 


Il-Konferenza stampa kienet indirizzata mis-Sur Anthony Demanuele - Segretarju Generali tal-Malta Racing Club u mis-Sinjura Valerie Farrugia f'isem Solidarjeta bl-Isport.


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/21/15