Saturday 21st November 2015
Programm Ghat-Tazza tal-President

Ghada fil-korsa tal-Marsa isir wiehed mill-aktar programmi ta' tigrijiet importanti fil-kalendarju tat-trott lokali peress li ssir il-finali tat-Tazza tal-President - avveniment li jaqa taht il-Patroncinju ta' l-Eccellenza Taghha l-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca u li l-ghan principali warajh hu li jingabru fondi b'rizq l-Istrina u l-Community Chest Fund.



L-ewwel Tigrija ghada tibda fis-1:15 u l-President ta' Malta mistennija tasal il-Korsa fit-15:00.



Navzaw lis-Sidien u l-Gerrejja kollha li l-Korsa TKUN MAGHLUQA BEJN IT-15:00 U IT-15:35 minhabba l-parata tal-gerrejja finalisti u t-tfal ta' l-Akkademja.



Il-Gerrejja Finalisti kif ukoll it-tfal ta' l-Akkademja li ser iwasslu lill-gerrejja bix-xrieret iridu jkunu l-Paddock fit-14:45 jigifieri ezatt wara l-hames tigrija.



Is-Sidien taz-zwiemel finalisti kif ukoll it-tfal ta' l-Akkademja li hadu sehem fil-heats tal-Mini President's Cup u dawk li ser jilqghu lill-gerrejja iridu jkunu fil-Presentation Area wara l-Prezentazzjoni tal-5 tigrija.



Wara li jitkanta l-Innu Malti minn Rhiona Degiorgio, l-President ta' Malta tipprezenta tifkira ta' l-okkazzjoni lis-Sidien u Gerrejja finalisti kif ukoll lit-tfal ta' l-Akkademja.



Fit-15:35 issir il-Mini President's Cup - tigrija tal-ponijiet zghar misjuqa mit-tfal ta' l-Akkademja. Il-Prezentazzjoni tar-rebbieha ssir mill-E.T. il-President ta' Malta.



Fl-15:55 tibda l-parata taz-zwiemel finalisti bit-thejjija ghat-tigrija. Din il-parata ser tkun immexxija miz-ziemel rebbieh ta' l-edizzjoni 2010 Lucas Ness. Iz-zwiemel finalisti johorgu wara xulxin bl-ghata li tajnihom skond in-numru tat-tluq u jibqghu tilajn sa hdejn il-kurva ta' l-entratura fejn hemm idawwru u wara li jnehhu -ghata ikomplu bil-preparamenti soliti taghhom ghat-tigrija.



It-Tazza tal-President issir fl-16:10 u tkun segwieta mill-prezentazzjoni tar-rebbieha mill-E.T. il-President ta' Malta.



Inheggu lil dawk kollha prezenti sabiex ikunu generuzi fl-ghotjiet taghhom lil-voluntiera tal-Community Chest Fund li ser ikunu qed iduru bil-bottijiet matul dan il-programm ta' tigrijiet.



Il-koperazzjoni ta' kulhadd hija ferm apprezzata sabiex jigi esegwiet dan il-programm kif ippjanat.