Sunday 29th November 2015
Tazza Regina Elizabetta II

Avveniment iehor success fil-Malta Racing Club grazzi ghall-koperazzjoni ta' kulhadd. Iz-zjara tar-Regina Elizabetta II fil-korsa tal-Marsa ser tibqa mfakkra ghal hafna snin u tefat harset kulhadd fuq il-korsa taghna.


Nifirhu lil Nathan Cauchi u Marco Debono bhala sidien kif ukoll gerrej taz-ziemel Royal In rebbieha tat-Tazza Regina Elizabetta II liema Tazza giet ipprezentata lilhom mill-Majesta Taghha stess.


Proset ukoll lic-ckejken Denilson Cortis u l-ponija tieghu Off The Record li rebhu t-tigrija tar-Regina Elizabetta II li wkoll saret il-bierah fil-prezenza tar-Regina stess, id-Duka ta' Edinburgh, il-President ta' Malta u hafna mistiednin distinti.



Fic-cokon taghna urejna li kapaci nospetaw l-oghla awtoritajiet kemm lokali kif ukoll barranin.