Thursday 14th July 2016
Charles Camilleri fit-3 Tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran

Nhar is-Sibt filghaxija s-sewwieq Charles Camilleri ser ikun qed jirrapprezenta lil pajjizna fit-3 tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran li ser issir fil-korsa ta' Cagnes-sur-Mer fi Franza.


Din ser tkun it-3 tigrija fil-programm u titlaq fid-9:30 p.m. fuq distanza ta' 2700m bi premju globali ta' 20,000 ewro.


Ghalkemm fiha 11 il-ziemel pero huma biss sitta li ha jkunu qed jigru sabiex jakkwistaw punti f'dan il-Kampjonat. Camilleri ser jitlaq bin-numru 2 fuq id-debba ta' 7 snin Vahrana du Hauty. Din id-debba hija ttrenjata minn siedha Laurent Fresneau u fil-karriera rebhet hames tigrijiet b'total ta' ewro 102,540 f'rebh u rekord ta' 1'14"2.


Il-hames sewwieqa l-ohra li ha jippartecipaw huma Matteo di Meo (Italja), Jean Paul Fasquelle (Franza), Bojan Kovacevic (Serbja), Cherif Safsaf (Algerija) u Jaime Fluxa Gomila (Spanja).


Charles Camilleri li ghandu 42 sena kien l-aqwa gerrej tal-Malta Racing Club hames darbiet fl-2004, 2005, 2006, 2009 u 2014. F'dan l-istagun bhalissa jinsab fit-3 post u rebah 23 tigrija.


L-ewwel tappa kienet saret Malta fil-31 ta' Marzu fejn ir-rapprezentant Malti Julian Farrugia kien rebah tigrija u ha l-akbar ammont ta' punti filwaqt li fit-2 tappa li saret Sqallija fid-29 ta' Gunju Rodney Gatt ukoll rebah tigrija u gab l-istess ammont ta' punti daqs it-Taljan Matteo di Meo. Bhala pajjiz Malta qed tokkupa l-ewwel post b'20 punt, punt wiehed biss vantagg fuq l-Italja.


 


F'isem kulhadd nawguraw prestazzjoni tajba lil Charles Camilleri.