Saturday 20th August 2016
Regolamenti Godda

B'decizjoni tal-Kunsill tal-Malta Racing Club b'effett mill-1 ta' Settembru jidhlu fis-sehh dawn ir-regolamenti:


 


1. Il-poloz tat-tigrijiet mhux ser jibqaw jitilaw manwalment izda awtomatikament permezz ta' programm tal-computer.


2. Mhux ser jibqa jkun possibli li sid jitlob li z-ziemel tieghu jitla b'numru minn wara izda sid jista jitlob bil-miktub lill-gurija biex iz-ziemel jigri bl-ahhar numru tat-tigrija.


3. Meta ziemel jigi skraccjat f'tigrija z-zwiemel l-ohra jimxu lejn ix-xellug izda ma jitilawx mit-2 filliera. Dan ifisser li jekk per ezempju jigi skraccjat in-numru 4, iz-zwiemel mill-5 sat-8 jimxu l-isfel u n-numru 8 jibqa vojt.


4. Jekk ziemel jispicca bla punti jew jittajjar aktar minn 4 darbiet fuq il-girja irid jigri tigrija ta' prova. Dawn it-tigrijiet ta' prova jkunu skedati qabel l-1 tigrija tal-programm u jigu segwieti mill-gurija tat-tigrijiet. Sabiex ziemel jissupera din il-prova irid jigri bit-trott ta' lanqas 1'20"0 jew aktar. Zwiemel li jissuperaw il-prova jinghataw 40 punt.


5. Zwiemel li se jigu rregistrati godda u ghandhom 5 snin jew anqas jinghataw 50 punt anqas milli suppost.