Wednesday 3rd May 2017
Kampjonat Internazzjonali Sewwieqa Nisa


Nhar il-Hadd li gej fil-Korsa tal-Marsa ser isir il-Kampjonat Internazzjonali ghal sewwieqa nisa. Dettalji dwar dan inghataw waqt Konferenza Stampa li saret kmieni dalghodu fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.


 


Il-Kelliema principali waqt din il-Konferenza kienu s-Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Żaghzagh u Sport l-Onorevoli Chris Agius kif ukoll ic-Chairman tal-Malta Racing Club is-Sur Edwin Borg. Indirizza wkoll din il-Konferenza Stampa is-Sur Mark Cutajar Direttur Generali tal-Isport u Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta li flimkien mal-Kummisjoni Ewropeja huma l-isponsors ewlenin ta’ dan l-avveniment uniku fl-istorja tat-tigrijiet taż-żwiemel.


 


‘Il-qsim tal-hsibijiet u ideat ma’ pajjiżi ohra huwa mod interessanti kif titghallem. Dan deher fic-car fis-sitt xhur ecitanti fejn ospitajna l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, żmien liwasal fi tmiemu u bix-xieraq li nghalqu, bl-akbar avveniment taż-żwiemel ghan-nisa f’pajjiżna’, dan qalu s-Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Żghażagh u Sport Chris Agius waqt konferenza tal-ahbarijiet li saret dalghodu.


 


Is-Segretarju Parlamentari semma l-investiment ta’ 18-il miljun li ser ikun qed isir fil-korsa taż-żwiemel fil-Marsa. Investiment li ser jaghmel il-korsa taż-żwiemel, mhux post biss fejn ikollna aktar tigrijiet ta’ livell u partecipazzjoni minn barra imma centru fejn il-familji taghna jistghu jqattghu il-hin flimkien f’ambjent san.


 


Mark Cutajar, Direttur Generali tal-Isport qal li dan l-avveniment se jghalaq l-attivitajiet sportivi marbuta mal-Presidenza ta’ Malta hekk kif it-tigrijiet taż-żwiemel kien l-isport maghzul minn Malta bhala dik id-dixxiplina li thaddan l-inklużjoni socjali li kienet it-tema ewlenija ta’ din il-Presidenza. Waqt din l-okkazzjoni is-Sur Cutajar habbar li bi pjacir u sodisfazzjon ghal pajjizna id-dokumenti marbuta mal-Presidenza kienu unanimament accettati mill-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropeja. Huwa kien qed jirreferi ghall-isports plan ghas-snin li gejjien sas-sena 2020 kif ukoll ghal konkluzjoni fil-kunsill “Sport bhala mezz ta’Inklużjoni Socjali’ fejn  issa fadal biss l-ahhar stadju dak li jigu approvati quddiem il-Kunsill tal-Ministri fi Brussell fit-23 ta’ Mejju li gej.


 


Bil-partecipazzjoni ta’ 19 il-pajjiż differenti dan il-Kampjonat huwa l-akbar wiehed li qatt gie organiżżat ghal sewwieqa nisa tat-trott u qed jigi organiżżat sabiex tigi wkoll ccelebrata l-Presidenza ta’ Malta ta’ l-Unjoni Ewropeja.


 


Il-preparamenti bdew lejn l-ahhar tas-sena l-ohra u gew intensifikati matul dan l-ahhar xahar fejn intbaghtu stediniet lil 21 pajjiż membri fl-Unjoni Ewropeja tat-Trott u kienu biss Spanja u s-Serbja li iddeciedew li ma jibghatux rappreżentanta.


 


 


 





Id-19 il-pajjiż huma l-Awstrija, l-Belgju, ir-Repubblika Ceka, Danimarka, Estonja, Fillandja, Franza, Germanja, Irlanda, Italja, Litwanja, Norvegja, Olanda, Russja, Slovenja, Svezja, Svizzera, Ungerija u s’intendi Malta. Il-partecipanti, li huma fost l-aqwa ta’ kull pajjiż, ser jiehdu sehem f’4 tigrijiet fejn kull wahda ssuq żewg tigrijiet.  Dawn jiehdu punti skond il-pożizzjoni li jispiccaw f’kull tigrija u min jakkwista l-akbar ammont ta’ punti tigi ddikjarata ir-rebbieha tal-kampjonat.


 


Dalghodu stess bdew jaslu l-partecipanti li ghal-15 minnhom din hija l-ewwel darba li ser ikunu qed iżuru Malta u matul iż-żjara taghhom ser ikunu jistaw iduqu ftit mill-ospitalita taghna l-Maltin kif ukoll iżuru postijiet ta’ nteress.  Huma ser ikunu wkoll akkumpanjati minn hbieb u familjari.


 


 


L-avveniment tal-Hadd jibda fis-1:30 p.m. u ser joffri spettaklu ghall-familja kollha. Il-pubbliku in generali huwa mistieden li jattendi sabiex jaghti s-sostenn tieghu lil partecipanti.