Tuesday 29th August 2017
Noel fis-6 Post tal-Kampjonat Dinji

Hekk kif ghadu kif intemm il-Kampjonat Dinji ghas-Sewwieqa bis-Serkin b'4 tigrijiet tal-pejsa fil-korsa ta' Charlottetown fuq Prince Edward Island il-Kanada, s-sewwieq Malti Noel Baldacchino irnexxielu jigbor 28 punt ohra meta spicca it-2, il-5, is-6 u l-10 post fit-tigrijiet tal-llum. B'total ta' 148 punt huwa gie klassifikat fis-6 post u jiehu $1000 fi premju.


 


Ic-champion il-gdid huwa il-Kanadiz James MacDonald li kien qed isuq din l-ahhar tappa fil-korsa tal-provincja tieghu. Incidentalment kien biss fl-ahhar jiem qabel beda l-kampjonat li MacDonald gie iddikjarat bhala partecipant wara s-sospensjoni ta' Brandon Campbell fuq kaz ta' doping.


 


Dan il-kampjonat li fih jigu mistiedna jiehdu sehem l-aqwa gerrejja tad-dinja skond il-prestazzjoni taghhom, kien jikkonsisti fi 22 tigrija tal-pejsa u trot fuq 5 koros go 4 provincji tal-Kanada.


 


Baldacchino hareg bl-unuri kollha meta rnexxielu jirbah tigrija, spicca darbtejn it-2, 3 darbiet it-3, darba r-4, darbtejn il-5, 4 darbiet fis-6 post, 3 darbiet fis-7 post, darbtejn fit-8 post, darba fid-9 post u tliet darbiet fl-10 post.


 


Meta wiehed iqis li kien qed jiehu sehem ma sewwieqa ta' esperjenza mondjali, f'koros u kundizzjonijiet totalment differenti minn dawk li mdorri isuq fihom u li l-maggoranza tat-tigrijiet kienu tal-pejsa, minbarra l-fatt li l-polza ma tantx ghenitu fiz-zwiemel, zgur li akkwista rizultat li jaghmel unur kbir lilu u lil pajjizu.


 


 


2017 World Driving Championship Leaderboard (final)
Rank - Driver (Country) - Points


1. James MacDonald (Canada) - 211
2. Mika Forss (Finland) - 193
3. Marcus Miller (United States) - 181.5
4. Dexter Dunn (ITA/New Zealand) - 166
5. Björn Goop (Sweden) - 152
6. Noel Baldacchino (Malta) - 148
7. Eirik Høitomt (Norway) - 136
8. Shane Graham (Australia) - 135
8. Gerhard Mayr (Austria) - 135
10. Mark Purdon (New Zealand) - 124.5
11. Rik Depuydt (Belgium) - 107


 


 


LORRAINE CUNNINGHAM


PUBLIC RELATIONS & MEDIA


 


MALTA RACING CLUB