Thursday 7th September 2017
Kurt Saliba Jippartecipa fir-Russja

Il-Ġimgħa filgħaxija is-sewwieq żagħżugħ Kurt Saliba se jkun fuq titjira għall-Moska sabiex il-Ħadd jieħu sehem fit-tielet tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran u Baħar l-Iswed li se ssir fil-korsa ta’ Moska stess li hi l-eqdem korsa fid-dinja.


Saliba,li għandu 25 sena, rebaħ il-Kampjonat lokali għas-sewwieqa żagħżagħ kemm fis-sena 2014 u s-sena l-oħra.Huwa ddebutta biż-żiemel Killer de Caveland fit-12 t’April 2009 u rreġistra l-ewwel rebħa tiegħu biż-żiemel Poete de la Sarthe fit-3 ta’ Ġunju 2012.  Minn dakinhar huwa rebaħ total ta’ 38 tiġrija u spiċċa 80 darba mit-2 sar-4 post. L-aqwa staġun tiegħu s’issa kien fl-2014 meta mit-12 il-tiġrija li rebaħ 8 kienu biż-żiemel Uranium des Arkads li spiċċa wkoll l-aktar żiemel konsistenti għal dik is-sena.


Kurt Saliba ser ikun qed jipparteċipa f’żewġ tiġrijiet fuq distanza ta’ 1600m.  Il-poloz ta’ l-ewwel tiġrija jittelaw quddiem il-parteċipanti sagħtejn qabel jibda l-Kampjonat.  Fit-2 tiġrija is-sewwieqa jibdlu ż-żwiemel bejniethom skond il-prestazzjoni fl-ewwel tiġrija.


Il-parteċipanti f’din it-tappa mistennija jkunu 9 minn 3 kontinenti – l-Ewropa, l-Asja u l-Afrika u apparti Malta jieħdu sehem l-Alġerija, Franza, l-Italja, il-Kazakhstan, il-Kyrgyzstan, ir-Russja, s-Serbja u l-Ukranja.


Din hi l-ewwel darba li Kurt Saliba ser ikun qed jirrappreżenta lil pajjiżna f’avveniment internazzjonali.


 


LORRAINE CUNNINGHAM


PUBLIC RELATIONS & MEDIA


 


MALTA RACING CLUB