Saturday 9th December 2017
Malta Rebbieha tal-Kampjonat tal-Mediterran u Pajjizi Baltici

Is-Sibt wara nofsinhar fil-korsa ta’ La Favorita Palermo Sqallija saret l-aħħar tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran u Pajjiżi Baltiċi.  Ir-rappreżentant Malti f’din l-aħħar tappa kien iż-żagħżugħ Għawdxi Marco Refalo.  Din kienet l-ewwel esperjenza internazzjonali għal dan is-sewwieq u żgur ser tibqa waħda memorabbli meta rnexxielu jirbaħ l-ewwel tiġrija u jispiċċa t-tielet fit-tieni tiġrija.


 


B’din il-prestazzjoni eċċezzjonali mhux talli Marco Refalo spiċċa l-aqwa sewwieq ta’ din it-tappa iżda assigura li t-Tim Malti għal darb’oħra jkun iddikjarat rebbieħ ta’ dan il-Kampjonat mifrux fuq erba’ pajjiżi.


 


It-Tim Malti kien kompost minn Anthony Demanuele li ħa sehem fl-ewwel tappa li saret f’Malta nhar il-31 ta’ Marzu, Charles Camilleri li ħa sehem fit-tappa li saret f’Cagnes-sur-Mer Franza fil-15 ta’ Lulju, Kurt Saliba li ħa sehem fit-tappa li saret fil-Korsa ta’ Moska r-Russja nhar l-10 ta’ Settembru u sintendi Marco Refalo.


 


Din mhux l-ewwel darba li t-Tim Malti rebaħ dan il-Kampjonat li din is-sena kien ikkontestat minn seba’ pajjiżi.  Fit-tieni post spiċċat is-Serbja u t-tielet Franza.


 


 


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/07/17