Friday 22nd December 2017
Ħatra tal-Kunsill tal-Malta Racing Club

Matul din il-Ġimgħa, il-Gvern permezz tal-Ministru Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima ħabbar l-Kunsill il-ġdid tal-Malta Racing Club li ser ikun qed jamministra matul is-sena 2018.


Il-Kunsill il-ġdid, li kellu l-ewwel laqgħa tiegħu aktar kmieni llum, huwa kompost minn 5 persuni li magħhom fil-ġimgħat li ġejjin jingħaqdu r-rappreżentanti tas-sidien u l-ġerrejja.


Fil-Kunsill ġie kkonfermat iċ-Chairman Edwin Borg


Bħala Segretarju Ġenerali inħatar Tommy Cunningham u Segretarju Finanzjarju Anthony Mifsud.


Ġie kkonfermat il-Membru George Farrugia u reġa ġie maħtur il-Membru Joe Zerafa. Dawn iż-żewġ membri ser ikunu responsabbli mix-xogħlijiet tal-korsa prinċipali, l-korsa l-qadima u manutenzjoni ġenerali oħra.