Friday 29th June 2018
Rodney Gatt Jikkwalifika Ghall-Kampjonat Dinji


Rodney Gatt għalkemm ma kienx wieħed mill-favoriti irnexxielu jikkwalifika għall-Kampjonat Dinji tas-Sewwieqa professjonali li se jsir fl-Isvezja s-sena d-dieħla.


 


Gatt kien qed jieħu sehem fil-Kampjonat Ewropew għas-Sewwieqa Professjonali u għalkemm il-polza ma tantx daħqitlu pero ura l-kapaċita tiegħu fejn fost l-għaxar tiġrijiet li saq fil-koros ta’ Bjerke n-Norveġja u Aby l-Isvezja irnexxielu anke joħroġ rebbieħ f’tiġrija.


 


Wara li fl-ewwel ġurnata huwa kien qed jokkupa d-disa’ post tal-klassifika, fit-tieni ġurnata rnexxielu jirkupra sew tant li spiċċa t-tielet l-aqwa ġerrej tal-ġurnata u b’total ta’ 70 punt ġie ikklassifikat is-sitta fost it-12 li pparteċipaw.  Dan fisser li Rodney Gatt is-sena d-dieħla ser ikun qed jikkompeti fil-kampjonat tad-dinja peress li l-ewwel sitta tal-kampjonat Ewropew jikkalifikaw awtomatikament. Magħhom jingħaqdu ir-rebbieħ attwali li huwa l-Kanadiż James MacDonald, rapprezentant ieħor mill-Kanada, l-Awstralja, l-Istati Uniti, New Zealand u l-Isvezja bħala l-organiżżatur tinnomina lil min trid hi speċjalment għax is-sewwieq Svediż ma għaddiex ma l-ewwel sitta.


 


Dan huwa mument storiku u importanti għat-tiġrijiet lokali.  Is-sena l-oħra Noel Baldacchino kien spiċċa fis-sitt post tal-Kampjonat Dinji li sar il-Kanada wara li kien ingħata d-dritt li jipparteċipa għax irtira s-sewwieq Ġermaniż.  Din id-darba Rodney Gatt kiseb id-dritt li jipparteċipa peress li għall-ewwel darba sewwieq Malti spiċċa ma l-ewwel sitta fil-klassifika finali tal-Kampjonat Ewropew.


 


Il-Kampjonat Ewropew intrebaħ mis-sewwieq Franċiż Frank Nivard li rnexxielu jirbaħ 3 tiġrijiet bl-istess punti fit-tieni post spiċċa s-sewwieq Olandiż Rick Ebbinge li pero rebaħ biss tiġrija waħda.  It-tielet post mar għand in-Norveġiż Eirik Hoitomt. Jingħaqdu ma dawn it-tlieta u Rodney Gatt għall-kampjonat tad-dinja l-Ġermaniż Michael Nimczyk u l-Finlandiż Mika Forss.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media


Malta Racing Club


 


MRC/10/18