Friday 3rd August 2018
Charles Camilleri fit-2 Tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran


Matul dan il-lejl is-sewwieq Charles Camilleri telaq lejn Moska r-Russja sabiex jipparteċipa fit-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran nhar il-Ħadd 5 t’Awissu. Infakkru li l-ewwel tappa saret Malta kif inhi t-tradizzjoni fejn fiha s-sewwieq Rodney Gatt qasam l-ewwel post flimkien mas-sewwieq Taljan Francesco La Rosa.


 


F’dan il-kampjonat tal-Mediterran is-sewwieqa Maltin dejjem ħarġu bl-unuri u bħala Tim kemm il-darba rnexxielna noħorġu rebbieħa inkluż fl-edizzjoni tas-sena l-oħra.


 


Charles Camilleri ċertament li mhux l-ewwel darba li qed jipparteċipa f’dan il-Kampjonat fejn is-sena l-oħra saħħansitra rnexxielu jirbaħ it-tappa ta’ Franza pero għalih din ser tkun l-ewwel esperjenza fil-korsa ta’ Moska r-Russja. Huwa mistenni isuq f’żewġ tiġrijiet li l-poloz tagħhom jitilaw nhar il-Ħadd stess f’nofsinhar.


 


Jakkumpanja lil Charles Camilleri hemm is-Segretarju Ġenerali tal-Malta Racing Club Tommy Cunningham.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/12/18