Tuesday 14th September 2010
41 Laqgha tal-Istagun - Nhar il-Gimgha 17 ta' Settembru

Nhar il-Gimgha fis-7pm gewwa l-korsa tal-Marsa ghandu jinzamm il-41 meeting tal-istagun li jikkonsisti fi programm ta’ tmien tigrijiet. Nhar il-Gimgha li ghaddiet rajna r-ritorn ghat-tigrijiet wara waqfa ghas-sajf ta’ seba’ gimghat, waqfa inevitabbli hawn Malta minhabba l-kondizzjonijiet klimatici li ghandna.

Madankollu, matul din il-waqfa rajna zviluppi pozittivi fix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta. In fatti Malta rebhet il-Kampjonat tat-Trott tal-Mediterran grazzi ghall-prestazzjoni kollettiva tas-sewwieqa li rrappresentaw lil pajjizna. Kellna wkoll is-success registrat mill-kontingent taz-zwiemel minn Malta li kkompeta fil-Malta/Sicily Friendship Races li saru fl-Ippodromo del Mediterraneo gewwa Siracusa, fejn irnexxielhom jippjazzaw fl-ewwel tlett postijiet, b’James de l’Iton jirbah din it-tigrija prestigjuza.

Nhar il-Gimgha li ghaddiet kellna meeting interessanti b’numru ta’ “close finishes” flimkien mar-ritorn b’success tat-tigrijiet monte’ wara nuqqas ta’ xi snin. Nisperaw li naraw iktar tigrijiet monte’ fix-xhur li gejjin sabiex ikollna aktar varjeta’ fil-kompetizzjonijiet gewwa l-korsa tal-Marsa; prosit lill-Malta Racing Club ghal din l-inizjattiva u anki tat-thejjija ta’ lista ta’ regolamenti ghal din id-dixxiplina, li ghandhom jigu ppublikati fil-futur qarib.

Il-meeting li jmiss jinvolvi programm iehor ibbalancjat ta’ tigrijiet kollha tat-trott. Dan jinkludi tigrija ghall-klassi Copper, tnejn ghall-klassi Bronze, tnejn ghall-klassi Silver, tnejn ghall-klassi Gold u tigrija ghall-klassi Premier. F’dan il-meeting nistennew li naraw aktar zwiemel jaghmlu l-almu taghhom biex jirkupraw l-aqwa forma u kundizzjoni wara l-waqfa tas-sajf.

Fost l-aspetti ewlenin ta’ dan il-programm insibu tigrija mill-aqwa ghall-klassi Premier li tinkludi uhud mill-aqwa zwiemel li ghandna jigru Malta, bhar-rebbieh tat-Tazza l-Kbira In Vitro du Bourg, ir-rebbieh tal-VOB Grand Final Think Yatzee, ir-rebbieh tal-Prix de Vincennes Madis Boy u zwiemel ohra maghrufin bhal Joker de Choisel, Bello Fratello, Kakisis, Lovely Mab u Liosco Atout. B’lista ta’ zwiemel xierqa ghal kwalunkwe final, din it-tigrija mistennija tkun ferm missielta u huwa extremament difficli tbassar ir-rebbieh.

Tigrija ohra li mistennija tkun mill-aktar missielta hija s-sitt tigrija riservata ghal zwiemel b’punti oghlja tal-Klassi Gold, fejn ghal hafna miz-zwiemel rebha twassalhom ghal promozzjoni fil-klassi Premier.

Ghandna wkoll naraw ir-ritorn taz-ziemel Franciz ta’ disa’ snin Nevermind, li s’issa rebah l-ewwel sitt tigrijiet konsekuttivi li kkompeta fihom hawn Malta. Huwa ghandu jigri fil-hames tellieqa riservata ghal zwiemel tal-klassi Gold, u huwa mistenni li jiffaccja kompetizzjoni iebsa, anki wkoll minhabba l-fatt li ser jibda mit-tieni filliera wara l-Autostart.

Disa’ zwiemel godda huma mistennija jaghmlu d-debutt taghhom f’Malta. Dan ikun ifisser li n-numru totali ta’ zwiemel godda din is-sena ghandu jeccedi l-180, numru eccellenti.
Hafna miz-zwiemel godda huma miktuba biex jikkompetu fil-klassijiet Bronze, Silver u Gold, b’zewg zwiemel, cioe’ l-Isvediz Key Value u l-Franciz Le Bolide du Suret, mistennija jikkompetu fil-Klassi Premier. Le Bolide du Suret kien ziemel ferm maghruf gewwa Franza u rebah xejn inqas minn Euro385,620 hemmhekk, li jaghmlu z-ziemel bit-tieni l-aktar rebh ta’ flus barra minn xtutna li qed jiddebutta din is-sena.

Nawguraw lil kulhadd meeting iehor ta’ success nhar il-Gimgha li gej.

Dejjem Taghkom

MAGNAT