Monday 25th February 2019
Finali Kampjonat Assikura


L-ewwel Kampjonat fil-bidu ta’ l-istaġun għal dawn l-aħħar snin dejjem kien dak tal-Kumpanija Assikura Insurance Brokers fejn għal darb’oħra dan huwa abbinat mal-klassijiet Gold u Bronze fuq distanza ta’ 2140m.


It-Tnejn kmieni wara nofsinhar fil-Board Room tal-Malta Racing Club ingħataw l-aħħar dettalji ta’ dan il-Kampjonat li issa wasal fil-fażi finali tiegħu. Preżenti għal din il-Konferenza Stampa minn barra s-sidien taż-żwiemel finalisti kien hemm ukoll iċ-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg u l-Managing Director tal-Kumpanija Assikura Insurance Brokers Andrew Grech.


Din is-sena ukoll kellna sitt heats għal dik li hija Klassi Gold b’total ta’ 66 parteċipant li minnhom 21 żiemel ħadu sehem f’żewġ semi finali sabiex issa nafu min huma t-tnax il-finalist. Il-finali ta’din il-Klassi kellha issir nhar il-Ħadd 3 ta’ Marzu iżda issa kollox ġie pospost wara li l-programm tal-bieraħ ma setax isir konsegwenza tal-maltempata li laqtet lil pajjiżna.


Għal dik li hija klassi Bronze kellna tmien heats li fihom ħadu sehem total ta’ 84 żiemel sabiex 32 minnhom jiġru fi tliet semifinali li mistennija jsiru nhar il-Ħadd li ġej hekk kif il-programm tal-bieraħ ġie pospost minħabba l-maltemp.


F’dawn iż-żewġ finali li ser isiru l-Ħadd 10 ta’ Marzu ser jitqassmu total ta’ €2400 fi premjijiet u trofej lill-ewwel erbgħa.


Waqt din il-Konferenza Stampa s-sidien taż-żwiemel finalisti fi Klassi Gold tellaw il-poloz taż-żwiemel tagħhom sabiex saru magħrufa n-numri li bihom se jitilqu wara l-karozza. Wieħed miż-żwiemel Kaching ġie rtirat qabel ma ttelat din il-polza.


 


1.       ROYAL IN


2.       UNCLE OAKS


3.       RUY BLAS D’ARIANE


4.       BLACK GOLD


5.       RIPSOS DE FA


6.       TIPOL DE NAPPES


7.       VIVALDI DE LA DIVE


8.       SANDSJONS REVENUE


9.       QUITE A FEELING


10.   AXEL TILLY


11.   ANGELUS DU PONT


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/01/19