Thursday 27th June 2019
Tazza FEGAT


Fi sforz sabiex is-sewwieqa Maltin ikollhom aktar opportunitajiet fix-xena internazzjonali, din is-sena il-Malta Racing Club daħal membru fl-Assoċjazzjoni Ewropeja għal-Sewwieqa Amateurs u fi tmiem il-ġimgħa Malta ser tkun qed tieħu sehem għall-ewwel darba fit-Tazza Ewropeja tal-FEGAT.


 


Is-sewwieq Malti huwa ż-żagħżugħ Redent Magro li ħalla Malta għall-Awstrija l-Ġimgħa filgħodu biex il-Ħadd jipparteċipa fi tliet tiġrijiet fil-Korsa ta’ Wels flimkien ma’ 10 sewwieqa oħra li ġejjin mill-Awstrija, Fillandja,Ġermanja, Italja, Norveġja, Olanda, Russja, Spanja, Svezja u Ungerija.


 


Magro li għandu 26 sena ser ikun qed jirrapreżenta lil Malta għall-ewwel darba għalkemm fuq bażi personali diġa għandu esperjenza fix-xena internazzjonali. Ilu jsuq minn Jannar 2010 fejn rebaħ total ta’ 104 tiġrijiet, 13 minnhom din is-sena.


 


It-tiġrijiet ikunu wara nofsinhar u l-poloz tal-ġerrejja jitilaw tard il-Ġimgħa fil-preżenza tagħhom stess. Kull sewwieq jieħu punti skond l-ordni li jispiċċa fiha sabiex dak li jkollu l-akbar ammont ta’ punti wara t-tliet tiġrijiet jiġi ddikjarat ir-rebbieħ. Jistaw ukoll jitnaqsu punti jekk tiġi kommessa xi offiża filwaqt li f’dawn il-kompetizzjonijiet ma jistawx jintużaw frustini.


 


Ir-rebbieħ tat-Tazza FEGAT awtomatikament jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja ta’ l-Amateurs li se ssir fi Florida l-Istati Uniti s-sena d-dieħla.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/05/19