Thursday 8th August 2019
It-3 Tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran


Nhar il-Ħadd li ġej fil-korsa ta’ Akbuzat li tinsab Ufa r-Russja, issir it-tielet tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran li fiha r-rapreżentant Malti se jkun Paul Galea.


 


Galea għandu 27 sena u ilu jsuq mal-Malta Racing Club mis-sena 2011 fejn b’kollox rebaħ total ta’ 55 tiġrija. Fis-sena 2017 kien l-aqwa ġerrej żagħżugħ tal-Malta Racing Club u f’Jannar 2018 irrapreżenta lil Malta fit-Tazza ta’ l-Amateurs fil-korsa ta’ Vincennes Pariġi.


 


Il-polza taż-żwiemel issir il-Ħadd stess fejn fuq distanza ta’ 1600m se jsuqu żwiemel Russi u Orlov li għandhom minn 4 snin il-fuq. Fit-tieni tiġrija l-ġerrejja jibdlu ż-żwiemel skond l-ordni li jkunu spiċċaw fiha fl-ewwel tiġrija.


 


F’dan il-kampjonat Malta bħalissa tinsab tokkupa l-ewwel post hekk kif il-ġerrejja Noel Baldacchino u Clint Vassallo rebħu t-tapep li saru f’Malta u r-Rumanija rispettivament.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/08/19