Wednesday 22nd September 2010
It-42 u t-43 laqgha tal-istagun – l-24 u s-26 ta’ Settembru 2010

Minn MAGNAT

Fil-weekend li gej ghandhom jinzammu zewg programmi ta’ tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa. L-ewwel wiehed jinzamm nhar il-Gimgha fis-7pm u l-iehor il-Hadd fis-2pm. Ghandhom jingrew total ta’ 20 tigrija b’9 tigrijiet tat-trott u wahda tal-galopp f’kull programm.

Il-klassijiet kollha tat-trott se jkunu fl-azzjoni f’dan il-weekend fuq distanza ta’ 2,140m. Uhud miz-zwiemel se jkunu qed jirritornaw wara l-waqfa tas-sajf filwaqt li ohrajn diga’ kienu fl-azzjoni fl-ahhar gimghatejn.

Kull programm jinkludi fost l-ohrajn tigrija tal-klassi Premier (it-tmien tigrija fil-programm) li fiha jigru uhud mill-aqwa zwiemel f’Malta. Il-lista tinkludi ir-rebbieh tal-Prix de Vincennes Madis Boy u z-ziemel li pplejsja fit-tieni post Liosco Atout, ir-runner up fil-final tat-Tazza l-Kbira Kakisis, u My Red Force rebbieh tal-kompetizzjoni li nzammet f’Malta fil-Malta/Sicily Friendship races.

Hdax il-ziemel huma mistennija jiddebuttaw: Kejser Engely (DK) fil-klassi Bronze, Jens (SE), Naja du Tija (FR), Negus de Fleur (FR) u Ollia Devol (FR) fil-klassi Silver, Brokkur T.Y.C. (SE), Kobber Dust (SE), Muflier des Fleurs (FR), Mustang de Belfin (FR) u Zerbin (SE) fil-klassi Gold u Vikens Freeman (SE) fil-klassi Premier. Ta’ min isemmi li d-debuttant Svediz ta’ 10 snin Vikens Freeman, rebbieh ta’ xejn inqas minn SEK1,317,158 fil-karriera tieghu barra minn Malta kien ipplejsja fost l-ewwel 20 ziemel ta’ 4 snin li l-aktar rebhu flus fl-iSvezja fl-2004.

Min-naha l-ohra, Zerbin huwa ziemel Svediz li ghandu biss 6 snin u li diga’ rebah SEK425,750 barra minn Malta. Mhux tant normali li zwiemel li jiddebuttaw hawnhekk f’eta daqshekk zghira jkollhom bizzejjed rebh barra minn Malta biex jigru fil-klassi Gold.

Dan il-weekend jirritornaw ukoll it-tigrijiet tal-galopp b’tigrija ghal zwiemel tal-klassi A f’kull meeting fuq distanza ta’ 1,750m. Tigrija minnhom tghaqqad zwiemel li diga’ rebhu hawn Malta filwaqt li l-ohra hija “maiden race” ghal zwiemel li ghadhom ma rregistraw l-ebda rebha lokalment.
Ta’ min isemmi li fit-tigrija ta’ nhar il-Hadd ghandna naraw xejn inqas minn sitt zwiemel godda (Wildnis (DE), Tarrugi (IR), Uncle Bertie (UK), Ollie Fliptrik (US), Spectrum Bond (IR) u Salsa des Pres (FR)) li jikkonferma mill-gdid iz-zieda fl-interess f’din id-dixxiplina hawn Malta. Prosit lil dawk involuti fil-promozzjoni tat-tigrijiet tal-galopp u lill-proprjetarji taz-zwiemel li investew fihom, talli rnexxielhom iqajjmu mill-gdid dan il-generu ta’ tigrijiet wara li kien qabad it-triq tan-nizla ghal numru ta’ snin.

Jekk l-ispettaklu li rajna nhar il-Gimgha li ghaddiet huwa ta’ min joqghod fuqu, il-meetings li gejjin ghanhom ikunu mill-aktar interessanti. Fil-fatt fl-ahhar meeting rajna diversi finishes kombattuti u eccitanti, bil-qofol jintlahaq bir-rebha tac-Champion In Vitro du Bourg li sprintja fuq in-naha ta’ barra u gheleb bi stil mill-aqwa il-kumplament tal-isfidanti mill-aktar b’sahhithom. Kienet it-30 rebha ghalih hawn Malta (minn 50 tigrija) f’hin ta’ 1’15’4 fil-kilometru, l-ahjar hin fuq id-distanza din is-sena, u b’hekk qabez is- 37,000 Ewro f’rebh ta’ flus totali f’Malta.

Rajna wkoll lil-Malta Racing Club taghmel aktar sforzi biex tqajjem l-atmosfera waqt il-programm ta’ tigrijiet. Kien hemm prezentazzjonijiet lir-rebbieha wara kull tigrija kif ukoll kummentarji kostanti, intervisti mas-sewwieqa u intervista ohra fuq it-tigrijiet Monte’, ahbarijiet fuq meetings li gejjin ecc.

Hemm inizjattivi ohra ppjanati, bhal trasmissjonijiet bir-radju mill-korsa. Dawn huma importanti biex inkomplu nippromwovu dan l-isport u biex naghmlu l-korsa tal-Marsa post ta’ pjacir ghall-familja kollha. Prosit ukoll lil dawk li qed jaghtu daqqa t’id f’dan l-isforz; kienet xena mill-aktar sabiha li tara gurnalisti, proprjetarji taz-zwiemel u persuni ohra interessati jahdmu flimkien biex jipproducu meeting spettakolari ghal kull min kien prezenti.

Nawgurawlkom ilkoll zewg meetings eccitanti ohra l-weekend li gej.