Sunday 17th November 2019
Farrugia it-3 fil-Prix de Rencontres Internationales


 Is-Sibt filgħaxija is-sewwieq Malti Julian Farrugia kellu prestazzjoni mill-aqwa hekk kif irnexxielu jidħol fit-3 post fil-Prix des Rencontres International li saret fil-korsa ta’ Wallonie Mons il-Belġju.


 


Din it-tiġrija annwali li kienet qed issir għall-ewwel darba f’din il-korsa kienet disputata bejn 16 il-pajjiż differenti u dan kien wieħed mill-aħjar riżultati qatt miksuba minn pajjiżna hekk kif Farrugia kien fuq il-podju tal-preżentazzjoni.


 


It-tiġrija ntrebħet mis-sewwieqa mill-Ukrajina Olga Bondar u fit-tieni post daħal il-Franċiż Pierre Yves Verva.


 


Waqt serata ta’ preżentazzjonijiet is-sidien taż-żiemel Cesar du Bouillon ġew ippremjati b’tifkira hekk kif dan kien l-aqwa żiemel Franċiż f’Malta matul l-2018.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/14/19