Friday 1st October 2010
L-44 laqgha tal-istagun

Minn Magnat

Nhar il-Hadd li gej, 3 t’Ottubru ghandu jinzamm programm iehor ta’ tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa, bl-ewwel tigrija tibda’ fis-2pm.

Il-programm jikkonsisti fi 8 tigrijiet tat-trott, li wahda minnhom hija tigrija monte’. It-tigrijiet bis-serkin jingrew fuq distanza ta’ 2,640m, filwaqt li t-tigrija monte’ tingera fuq 2,160m. Il-klassijiet kollha se jkunu fl-azzjoni hlief il-klassi Premier.

It-tigrija tal-klassi Gold ghandha tkun wahda ferm interessanti ghaliex iz-zwiemel kollha li se jigru huma fuq l-ghatba tal-klassi Premier. Tinkludi zwiemel bhal Mimile du Hamet li gej minn zewg rebhiet konsekuttivi, Mustang de Belfin li ghadu kif ipplejsja fit-tieni post fl-ewwel tigrija tieghu f’Malta, Lover Boy Index li spicca t-tielet il-gimgha l-ohra, flimkien ma numru iehor ta’ zwiemel li recentement kienu jikkompetu fil-klassi Premier.

Il-programm jinkludi wkoll tigrija Monte’ li fiha hemm miktuba disa’ zwiemel. Minhabba li z-zwiemel gejjin minn klassijiet differenti, din se tkun tigrija “handicap”, biz-zwiemel li ghandhom inqas punti jinghataw vantagg fuq il-kompetituri taghhom li gejjin minn klassijiet oghla. Din se tkun it-tieni tigrija Monte’ f’dawn l-ahhar ftit gimghat u din id-darba premjijiet ta’ flus se jinghataw lir-rebbieh u liz-zwiemel li jipplejsjaw.

Nawguraw li din tkun tigrija ohra ta’ success li tkompli tkattar l-interess f’din id-dixxiplina ta’ giri, biex jizdied aktar in-numru ta’ zwiemel li jikkompetu, specjalment fid-dawl tal-isforzi maghmula mill-Malta Racing Club biex jipprepara u jippubblika regolamenti ghal dawn it-tigrijiet u s-success tal-Club li sab numru ta’ jockeys ghal din id-dixxiplina.

Ghaldaqstant programm iehor interessanti huwa mistenni nhar il-Hadd. Fil-fatt fiz-zewg laqghat li kellna l-gimgha l-ohra innutajna li hafna zwiemel gradwalment qed isibu l-forma taghhom fit-thejjija ghac-Championships li huma ppjanati ghall-ahhar xhur ta’ din is-sena. Ingrew ukoll zewg tigrijiet tal-galopp, li bihom tkompla l-istagun tat-tigrijiet tal-galopp ghal din is-sena.

Numru ta’ tigrijiet kellhom tmiem missielet u rajna diversi hinijiet tajbin, bhall-hin ta’ 1’15’3 (l-aqwa hin ta’ din is-sena fuq id-distanza ta’ 2,140m) maghmul minn Kakisis fit-tigrija tal-klassi Premier tal-Hadd u l-hin ta’ 1’15’8 registrat minn Knock de Manche li rebah it-tigrija tal-klassi Premier tal-Gimgha.

Kien ta’ sodisfazzjon li nnutajna li tkomplew l-inizjattivi li nbdew fl-ahhar ftit gimghat bhall-presentazzjonijiet u r-ritratti taz-zwiemel rebbieha, il-kummentarji regolari u l-intervisti dwar it-tigrijiet. Dawn l-inizjattivi qed jaghmlu il-programmi tat-tigrijiet aktar animati u ta’ interess akbar ghall-ispettaturi.

Il-programm tal-Hadd kien ukoll l-ewwel wiehed li gie trasmess b’mod dirett fuq ir-radju fuq Galaxy FM, radju tal-kommunita’ (105 FM) li jigi wkoll strijmjat fuq l-internet fuq www.galaxy105.net. Din hija innovazzjoni ohra li taghti aktar visibilita’ u pubblicita’ lill-qasam tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.

Wara wahda mill-laqghat ta’ tigrijiet li nzammet recentement il-Gimgha filghaxija, tlajt Ghawdex mal-vapur tal-11.35pm, u nnotajt numru ta’ zwiemel li kienu gew il-Marsa minn Ghawdex sejrin lura lejn l-istalel taghhom fit-trailers, biex jiehdu mistrieh misthoqq flimkien mal-persuni ta’ madwarhom. U din zgur kienet xena li dehret ukoll fit-toroq Maltin ftit qabel … b’dimostrazzjoni tad-dedikazzjoni tal-proprjetari, trainers, sewwieqa Maltin u Ghawdxin, li jaghmlu l-almu taghhom kollu fil-partecipazzjoni fit-tigrijiet.

Prosit lil kulhadd u l-isbah xewqat ghal meeting iehor eccitanti nhar il-Hadd li gej.