Monday 8th March 2010
L-aqwa żwiemel tal-mument jikkompetu fil-Kwarti Finali ta’ “It-Tazza l-Kbira” sponsorjat minn Emirates Airlines nhar il-Ħadd li ġej

Nhar il-Ħadd li ġej fil-korsa tal-Marsa ser nassistu għat-tlettax-il meeting tal-istaġun. Programm li fih xejn anqas minn 10 tiġrijiet mill-aktar interessanti.

L-aqwa 44 żiemel li għaddew mill-ewwel fażi ta’ Heats fit-28 ta’ Frar 2010 ser ikunu qed ikomplu l-mixja tagħhom li tilħaq il-qofol fil-Finali ta’ “It-Tazza l-Kbira” li ser tkun fit-11 ta’ April 2010. Fost il-programm ta’ 10 tiġrijiet ser ikun hemm 4 tiġrijiet li minnhom ser ikunu qed jintgħażlu 5 żwiemel minn kull kwarti finali. B’hekk l-20 żiemel li jintgħażlu l-Ħadd li ġej jieħdu sehem fis-semi finali li ser isiru fit-28 ta’ Marzu 2010.

Il-programm tal-Ħadd li ġej jikkonsisti wkoll f’żewġ condition races bi dwell bejn żwiemel tal-klassi Copper. Dawn it-tiġrijiet qed jiġu sponsorjati minn “Dodson and Horrel”.

Għad-dilettanti taż-żwiemel tal-galopp il-programm jikkonsisti f’tiġrija tal-galopp fuq distanza ta’ 2250 metru. Din it-tiġrija ser toffri battalja bejn uħud mill-aqwa żwiemel tal-galopp tal-mument. L-ewwel tiġrija tibda fis-13.30.