Friday 15th October 2010
Is-47 laqgha tal-istagun

Minn Magnat

Nhar il-Hadd li gej, 17 t’Ottubru, ghandu jinzamm programm iehor ta’ tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa, bl-ewwel tigrija tibda’ fis-2pm.

Il-programm jikkonsisti fi 8 tigrijiet tat-trott u tigrija tal-galopp.

Sebgha mit-tigrijiet tat-trott jingrew fuq distanza twila ta’ 3,140m, “open race” tingera fuq distanza ta’ 2,140m, filwaqt li fit-tigrija tal-galopp jippartecipaw fiha sitt izwiemel fuq distanza qasira ta’ 1,250m. Il-klassijiet kollha tat-trott se jkunu fl-azzjoni hlief ghall-klassi Gold, bi tlett tigrijiet ikunu riservati ghall-klassi Silver.

It-tigrijiet ghall-klassijiet Copper, Bronze u Silver se jkunu “condition races” li se jirrizultaw f’finali ghaz-zwiemel li jikkwalifikaw mill-klassi rispettiva.

Interessanti wiehed jinnota li l-pjan huwa li “condition races” jigu organizzati ghal dawn il-klassijiet kif ukoll ghall-klassi Gold (il-heats ghal din il-klassi jinzammu l-gimgha d-diehla) b’erba’ zwiemel jikkwalifikaw ghall-finali minn kull heat tal-klassijiet Copper, Silver (zewg finali se jigu organizzati ghal din il-klassi, wahda riservata ghal dawk b’aktar punti u l-ohra ghaz-zwiemel l-ohra) u Gold, u zewg zwiemel jikkwalifikaw minn kull heat ghall-finali tal-klassi Bronze. Il-heats u l-finali kollha se jingrew fuq id-distanza ta’ 3,140m, bil-finali jinzammu fis-7 ta’ Novembru, flimkien mal-final tal-kampjonat tad-Dragonara Casino.

Huwa importanti li minn zmien ghal zmien ikollna tigrijiet fuq distanza twila bhal din (u f’dan il-kaz anki finali fuq din id-distanza), ghax dan jaghti lil zwiemel li jippreferu tigrijiet twal l-opportunita’ li jibbrillaw fuq id-distanza preferita taghhom.

It-tmien tigrija fil-programm, rizervata ghall-klassi Premier, ghandha tkun wahda missielta sew u ghalija hemm registrati n-numru massimu ta’ 16 –il ziemel. Tinkludi numru ta’ zwiemel tat-trott maghrufa, bhal Lovely Mab, Liosco Atout, Isolated u ohrajn, li xi whud minnhom ukoll kellhom numru ta’ prestazzjonijiet tajbin fuq distanzi twal, kemm f’Malta kif ukoll fil-karriera taghhom barra minn xtutna.

Il-hames tigrija hija il-Malta-Eskilstana Finn-Tack Amateur race li hija tigrija Open li tinvolvi numru ta’ sewwieqa Maltin u Svedizi. Inizjattivi bhal dawn huma estremament interessanti ghaliex jaghtu l-possibilita’ lill-pubbliku Malti li jara fl-azzjoni lil sewwieqa barranin, jippermetti lil sewwieqa Maltin li jikkompetu ma’ kompetituri barranin u jaghti l-opportunita’ lil persuni nvoluti fit-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta li jiltaqghu ma’ kollegi taghhom barranin u jitghallmu mill-esperjenzi taghhom.

Zewg zwiemel godda huma mistennija jaghmlu d-debutt taghhom, i.e. Cocos Kaos (SE) fl-Open race (Bronze) u Neo Sauconnier (FR) fil-klassi Silver.

Fit-tigrijiet li kellna l-gimgha l-ohra rajna l-bidu tal-Kampjonat Dragonara Casino b’sitta u erbghin mill-aqwa zwiemel f’Malta jkunu fl-azzjoni fuq distanza ta’ 2,640m. Kellna tigrijet mill-aqwa b’ghoxrin ziemel (11 Francizi, 6 Svedizi, ziemel Norvegiz, iehor Olandiz u debuttant Taljan) jghaddu ghas-semi-finali li jinzammu l-gimgha d-diehla.

L-aqwa unuri marru ghall-erba’ rebbieha, cioe’ d-debuttant Svediz Play on Me li rregistra l-aqwa hin tal-weekend b’1’16’6 fil-kilometru, Arnie Sensation ziemel Svediz iehor, u z-zwiemel Francizi Kakisis (bit-tieni rebha konsekuttiva tieghu) u Lipouz Lesmelchen.
It-tigrija tal-galopp irrizultat fit-tieni rebha konsekuttiva minn daqstant tigrijiet ghaz-ziemel Ingliz Uncle Bertie, li wera li ghandu l-kapacita’ li jirbah anki fuq id-distanza twila ta’ 2,250m.

Rajna wkoll l-ewwel “dead heat” tal-istagun fl-ahhar tigrija tal-programm tal-Gimgha riservata ghall-klassi Bronze (bejn Karl Borealis u Lazume Simoni). Il-photo-finish normalment jirnexxielu jaghti r-rebbieh f’kull tigrija, imma din id-darba dan ma kienx possibbli minhabba li r-ritratt wera li z-zewg zwiemel lahqu l-gister precizament flimkien.

Waqt li kont qed nara l-programmi dedikati lit-tigrijiet taz-zwiemel fuq stazzjonijiet televizivi differenti nhar it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgha u nisma’ it-trasmissjonijiet diretti fuq ir-radju mill-korsa fi tmiem il—gimgha, irriflettejt dwar l-importanza li dan l-isport jigi moghti aktar visibilita’. Din il-visibilita’ tghin biex it-tigrijiet taz-zwiemel jigbdu l-attenzjoni ta’ udjenza aktar wiesa li mbaghad tinkoraggixxi aktar spettaturi fil-korsa u iktar interess minn sponsors potenzjali.

Nirringrazzja lil dawk l-istazzjonijiet li jipprovdu spazju lil dan l-isport kif ukoll lil dawk il-gurnalisti dedikati li jsegwu u jaghtuh “exposure” fuq it-televizjoni, radju, gurnali stampati u dawk pubblikati fuq l-internet, fejn jipprovdu previews, rizultati u informazzjoni ohra utli. Nispera li stazzjonijiet u gurnali ohra jkunu interessati li jiddedikaw airtime u spazju lil dan l-isport popolari u b’hekk jaghtuh il-hajja u jissodisfaw ix-xewqa ta’ dawk in-nies kollha li jsegwuh.

L-isbah xewqat ghal meeting iehor eccitanti nhar il-Hadd li gej.