Thursday 21st October 2010
It-48 u d-49 laqgha tal-istagun – it-22 u l-24 t’ Ottubru 2010

minn Magnat

Fil-weekend li gej ghandhom jinzammu zewg programmi ta’ tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa. L-ewwel wiehed jinzamm nhar il-Gimgha fis-7pm u l-iehor il-Hadd mis-2pm ‘il quddiem.

Kull programm jinkludi tmien tigrijiet kollha tat-trott hlief ghat-tielet wahda fil-programm tal-Gimgha li tkun tigrija tal-galopp.

L-attenzjoni tkun iffukata l-aktar fuq iz-zewg semi-finali tal-Kampjonat Dragonara Casino li se jsiru fil-programm tal-Hadd fuq distanza ta’ 2,640m. It-tnejn li huma jinkludu diversi zwiemel popolari tal-klassi Premier, bl-ewwel wahda jkollha fost l-ohrajn lil Arnie Sensation, Kakisis, Think Yatzee u James de l’Iton u t-tieni wahda tinkludi zwiemel bhal Lou Petiot, Lipouz Lesmelchen u Play on Me.

Minn kull semi-finali jikkwalifikaw hames zwiemel ghall-finali li se tinzamm nhar il-Hadd 7 ta’ Novembru, filwaqt li z-zwiemel l-ohra jikkwalifikaw ghall-finali ta’ konsolazzjoni li ssir nhar il-Gimgha 5 ta’ Novembru.

Il-klassijiet l-ohra kollha jkunu wkoll fl-azzjoni fil-heats ghall-“Condition race” ghal kull wahda mill-klassijiet Copper, Bronze, Silver u Gold. Bhal ma gara fl-ewwel heats li nzammu nhar il-Hadd li ghadda, id-distanza tkun wahda twila ta’ 3,140m u prattikament kull tigrija tinkludi numru kbir ta’ zwiemel miktubin, li jaghmel ir-rizultat estremament interessanti u incert.

Il-hames tigrija fil-programm ta’ nhar il-Gimgha tingera fuq 2,140m u tkun miftuha ghas-sewwieqa zghazagh. Mistennija jiehdu sehem fiha ghaxar sewwieqa. Dawn it-tip ta’ tigrijiet huma siewja ghax jippromwovu z-zghazagh habrieka taghna li jirraprezentaw il-futur ta’ dan l-isport u li jiena cert li se jkomplu fil-passi tas-sewwieqa leggendarji tal-passat u dawk prezenti u jaghmluna kburin bil-professjonalita’ taghhom fil-futur. Huma jisthoqqilhom l-inkoraggiment u s-support taghna kollu.

Zewg zwiemel tat-trott godda mistennija jiddebuttaw: Number One of Max (FR) fil-klassi Silver u Crane Beach (GER) fil-klassi Gold.

Seba’ zwiemel huma registrati biex jiehdu sehem fit-tigrija tal-galopp li se tingera fuq distanza qasira ta’ 1,250m. Din hija “maiden race” riservata ghal zwiemel li ghadhom ma rebhux f’Malta u tinkludi zewg zwiemel godda, cioe’ Miss Chevalier (IR) u Montarral (IR).
Jekk it-tigrijiet ta’ tmiem il-gimgha li gej jirriflettu dawk tal-gimgha l-ohra, ghandu jkollna zewg programmi interessanti hafna.

Fil-fatt fl-ahhar laqgha rajna numru kbir ta’ tigrijiet li spiccaw b’mod qawwi u kienu kombattuti sa l-ahhar kemm ghar-rebh kif ukoll ghall-pjazzamenti. Kien jidher car li kien hemm rieda qawwija tal-partecipanti li jaghmlu l-almu taghhom.

It-tigrijiet fil-klassijiet Copper, Bronze u Silver kienu heats ghall-finali tal-Condition races li se jinzammu fis-7 ta’ Novembru u n-numru ta’ zwiemel rikjest ghaddew minn kull klassi, bil-kumplament ighaddu matul tmiem il-gimgha li gej.

Xejn inqas minn erba’ zwiemel, Niko de Chamant (Silver), Izor Rick (Malta-Eskilstuna), Lady Holmely (Silver) u Nimeno (Bronze) rebhu l-ewwel tigrija taghhom f’Malta.

Le Bon Mayennais rebah it-tigrija tal-klassi Premier bi sprint qawwi fid-dritta finali. Dan huwa ziemel li kellu diversi prestazzjonijiet tajbin hafna fuq distanzi twal anki fi Franza u huwa rregistra l-ahjar hin tal-istagun fuq id-distanza ta’ 3,140m, cioe’ 1’17’5 fil-kilometru.

Il-“Malta – Eskilstana Finn-Tack Amateur race” li kienet tinkludi hames sewwieqa Svedizi u sebgha Maltin, intrebhet mis-sewwieq Malti Karl Debono fuq Izor Rick. L-iSvediz Ronald Jansoon li kien qed isuq lid-debuttant Cocos Kaos spicca fit-tieni post.

It-tigrija tal-galopp rizervata ghal zwiemel tal-Klassi A kellha wkoll tmiem kumbattut bid-debba Etoile du Pic tirbah quddiem il-favorit Mr Roxy Music wara taqtigha fl-ahhar tat-tigrija.

Kien xieraq li matul il-laqgha tal-Hadd li ghadda, il-Malta Racing Club ipprezentat lill-pubbliku u onorat ufficjalment lis-sitt sewwieqa (Alan Agius, George Attard, Charles Camilleri, Carl Caruana, Frencu Cassar u Tony Demanuele) li ffurmaw it-tim rebbieh Malti fil-kampjonat tat-trott tal-Mediterranean Horse Racing Union 2010. Il-MRC se tinnomina lil dan it-tim ghall-“awards” tal-Kumitat Olimpiku Malti.

Dawn is-sewwieqa ghamluna kburin bil-kwalita’ u l-hidma bhala tim taghhom. Irnexxielhom iwasslu nazzjon zghir bhal Malta biex jirbah dan il-kampjonat fil-konfront ta’ pajjizi kompetituri ferm akbar minna. Huwa xieraq li bhala nazzjon nirrikonoxxu il-kisbiet ta’ l-isportivi Maltin meta jirnexxielna niksbu rizultati prestigjuzi bhal dawn.

Nawgurawlkom ilkoll zewg meetings eccitanti ohra.