Thursday 4th November 2010
Il-51 u t-52 laqgha tal-istagun – il-5 u s-7 ta’ Novembru 2010

minn Magnat

Fil-weekend li gej ghandhom jinzammu zewg programmi ta’ tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa. L-ewwel wiehed jinzamm nhar il-Gimgha fis-6.15pm filwaqt li t-tieni jinzamm il-Hadd mis-1.30pm ‘il quddiem. Kull programm jinkludi tmien tigrijiet kollha tat-trott.

L-attenzjoni tkun iffukata l-iktar fuq il-Finali tal-kampjonat Dragonara Casino li tinzamm fis-seba’ tigrija tal-programm tal-Hadd fuq distanza ta’ 2,640m. Din il-finali se tinkludi zwiemel gejjin minn tlett pajjizi, cioe’ Franza, l-iSvezja u n-Norvegja. Zewg zwiemel ta’ tnax –il sena (Kain Poifond u Kakisis), hamsa ta’ hdax-il sena (Label Pont Vautier, Land Havaroche, Lipouz Lesmelchen, Lou Petiot u Think Yatzee), ziemel ta’ ghaxar snin (Mica Bonero) u zewg zwiemel ta’ disa’ snin (My Red Force u Play on Me) jinsabu fil-lista tat-tluq.

Dawn iz-zwiemel kellhom success fil-karriera taghhom barra minn Malta kif ukoll prestazzjonijiet ricenti tajbin hafna hawn Malta. Nawguraw tigrija eccitanti u missielta ferm li tinvolvi lill-partecipanti kollha, u nawgurawlhom l-isbah xewqat.

Fis-seba’ tigrija fil-programm ta’ nhar il-Gimgha tinzamm il-Finali ta’ Konsolazzjoni tal-kampjonat Dragonara Casino, li hija tigrija importanti ohra u tinkludi diversi zwiemel tat-trott popolari tal-klassi Premier bhal Arnie Sensation, Bello Fratello, Magicien du Tija u ohrajn.

Il-finali tad-Dragonara Condition races ghall-klassijiet l-ohra se jinzammu wkoll fi tmiem il-gimgha li gej fuq distanza ta’ 3,140m u huma maqsuma bejn il-programm tal-Gimgha u dak tal-Hadd. Nhar il-Gimgha ghandna l-finali tal-klassijiet Copper u Silver, filwaqt li dawk ghal zwiemel tal-klassijiet Bronze, Silver A (ghal zwiemel li ghandhom l-oghla punti fil-klassi Silver) u Gold se jinzammu fil-porgramm tal-Hadd.

Diversi tigrijiet missielta huma mistennija b’partecipanti ta’ kwalita’ f’kull finali. B’hekk fost l-ohrajn, il-finali tal-klassi Gold tinkludi diversi zwiemel li bhalissa jinsabu f’forma tajba bhal Mimile du Hamet, Major Luchois, Landi Breton u ohrajn.

Se jinzammu wkoll xi tigrijet normali ghall-klassijiet Copper, Bronze u Silver f’dawn iz-zewg programmi u d-debba Svediza Tirkita mistennija taghmel id-debutt taghha f’wahda mit-tigrijiet tal-klassi Silver.

Xejn inqas minn sitt zwiemel irregistraw l-ewwel rebha taghhom f’Malta fil-programm ta’ nhar il-Hadd li ghadda. L-iktar rebha prestigjuza waslet mid-debuttant Franciz Mont Cenis Honey li ha l-kmand fil-fazi inizjali tat-tigrija tal-klassi Premier u rnexxielu jzommu sat-tmiem, minkejja l-isfidi ta’ zwiemel prominenti ohra bhal L’As de Seuilly u Key Value li spiccaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Id-debba Germaniza Wildnis rebhet l-ewwel tigrija tal-galopp taghha f’Malta meta marret fuq quddiem f’madwar nofs it-tigrija u rnexxielha tiddefendi dan il-vantagg mill-favorit Mr Roxy Music li spicca fit-tieni post. Never Better, ziemel iehor li rebah l-ewwel tigrija tieghu f’Malta rregistra l-ahjar hin tal-gurnata ta’ 1’16’9 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,640m, filwaqt li z-zwiemel l-ohra kollha li rregistraw l-ewwel rebha f’Malta kienu fit-tigrijiet tal-klassi Bronze, cioe’ Noli de Murray, Cocos Kaos u Noble Candeen. Min-naha l-ohra, Match de Bannes ikkonferma l-konsistenza tieghu, meta rebah is-sitt tigrija tieghu dan l-istagun fil-klassi Gold.

Meta naghtu daqqa t’ghajn barra minn xtutna, nghidu prosit lil wiehed mill-jockeys ewlenin tal-galopp, cioe’ Michael Sultana, li ghamilna kburin meta kkompeta u rebah tigrija fil-Kuwait. Nawgurawlu l-isbah xewqat ghat-tigrijet l-ohra li se jippartecipa fihom f’dak il-pajjiz.

L-ahhar riflessjoni taghna tirreferi ghall-finali li se jinzammu din il-gimgha f’dawn iz-zewg programmi. Filwaqt li l-finali fl-ewwel parti tal-istagun inzammu fuq distanzi qosra, dawn se jkunu kkontestati fuq distanzi medji/ twal ta’ 2,640m (il-klassi Premier) u 3,140m (il-klassijiet l-ohra).

Il-kampjonati u l-finali huma fost l-aktar aspetti eccitanti ta’ dan l-isport, bit-tigrijiet ta’ kwalifikazzjoni jwasslu ghall-ghazla ta’ l-aqwa finalisti u dawk fl-ahjar forma. Normalment il-premjijiet ghaz-zwiemel rebbieha u dawk li jipplejsjaw jkunu aktar attraenti min-normal u l-prestigju u l-ispirtu ta’ kompetizzjoni ikbar assocjat mal-fatt li isem iz-ziemel rebbieh jitnaqqax fl-istorja tal-kampjonat partikolari jzidu l-attendenza fil-korsa u wkoll l-adrenalina tal-proprjetarji, trainers, sewwieqa u spettaturi.

Madankollu huwa mportanti ninnutaw li l-organizzazzjoni ta’ finali bhal dawn u li wiehed ihajjar sponsors ghal kampjonati bhal dawn jirrikjedu sforzi qawwi mill-Malta Racing Club. Fil-fatt, f’pajjiz b’rizorsi limitati bhal taghna, mhix haga facli li wiehed jigbed sponsorships ghall-kampjonati tat-tigrijiet taz-zwiemel anki fid-dawl tal-kompetizzjoni li gejja minn sports ohrajn.

Huwa tajjeb li napprezzaw dawn l-isforzi u l-kampjonati li jirrizultaw minnhom u nirrigrazzjaw lill-isponsors. F’dan il-kaz, nirringrazzjaw hafna lill-management gdid tad-Dragonara Casino li wrew is-support taghhom b’mod tangibbli billi sponsorjaw dan il-kampjonat.

Nawgurawlkom ilkoll zewg programmi eccitanti fi tmiem il-gimgha.