Wednesday 17th November 2010
L-54 u l-55 laqgha tal-istagun – id-19 u l-21 ta’ Novembru 2010

minn Magnat

Fil-weekend li gej ghandhom jinzammu zewg programmi ta’ tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa. L-ewwel wiehed jinzamm nhar il-Gimgha fis-6.30pm filwaqt li t-tieni jsir il-Hadd mis-1.30pm ‘il quddiem.

Il-programm tal-Gimgha jinkludi ghaxar tigrijiet filwaqt li hdax jinzammu f’dak tal-Hadd. It-tigrijiet huma kollha tat-trott fuq distanza ta’ 2,640m, li jikkonsistu f’heats mill-kampjonat tal-Francizi, esklussivament ghal zwiemel tat-trott Francizi.

Bhas-soltu kull klassi ghandha kampjonat riservat ghaliha, b’kull kampjonat imsemmi ghal korsa tat-tigrijiet Franciza maghrufa hafna, il-Prix de Caen ghall-klassi Copper, il-Prix de Cagnes Sur Mer ghall-klassi Bronze, il-Prix de Cabourg ghal zwiemel tal-klassi Silver, il-Prix d’Enghien riservat ghall-klassi Gold u l-Prix de Vincennes miftuh ghal zwiemel tal-klassi Premier.

Hames heats se jinzammu ghal kull wiehed mill-Prix de Cagnes Sur Mer u l-Prix de Cabourg (erba’ zwiemel jikkwalifikaw minn kull heat ghas-semi-finali), erba’ heats fil-Prix de Caen u l-Prix d’Enghien (hames zwiemel jikkwalifikaw minn kull heat) u tlett heats fil-Prix de Vincennes (sitta jikkwalifikaw minn kull heat).

Il-heats tal-Prix de Vincennnes normalment jiggeneraw l-akbar interess. Disa’ zwiemel huma rregistrati f’kull heat b’dik li se tinzamm nhar il-Gimgha tidher li hi l-aktar iebsa. Tinkludi fost l-ohrajn ir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira In Vitro du Bourg, ir-rebbieh tad-Dragonara Cup Kakisis, ir-rebbieha tal-Kampjonat tas-Sajf Lady de Vindecy, Lou Petiot u Mica Bonero li ppjazzaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament fil-finali tat-Tazza Dragonara, Melino du Rib, debuttant li ghandu l-aqwa hin ta’ 1’11’9 fil-kilometru u rebh ta’ flus ta’ Euro359,530, bi 8 rebhiet u pjazzamenti numeruzi fil-karriera tieghu barra minn Malta, u zwiemel ohrajn.

Anki il-heats tal-klassi Premier li se jinzammu nhar il-Hadd jinkludi numru ta’ zwiemel ferm popolari bhar-rebbieh tal-Premio Trofeo del Mediterraneo James de l’Iton, ir-rebbieh tal-Prix de Vincennes ta’ Gunju (fuq distanza ta’ 2,140m) Madis Boy u z-ziemel li spicca fit-tieni post Liosco Atout, wiehed mill-finalisti ghat-Tazza Dragonara Land Havaroche, Le Bon Mayennais u Mont Cenis Honey li t-tnejn rregistraw rebha fl-ahhar tigrija taghhom fil-klassi Premier, u hafna zwiemel ohra.

Xi zwiemel li kienu jigru fil-klassi Premier se jippartecipaw fil-Prix d’Enghien, fejn il-heats jinkludu zwiemel popolari bhal L’An Deux Milles, Lucky Fan, Lys de l’Oasis, Kojak d’Isques u ohrajn.

Minbarra Melino du Rib msemmi hawn fuq, disa’ zwiemel Francizi godda ohra huma registrati biex jiddebuttaw fi tmiem il-gimgha li gej. Dawn huma Ne Classique, Nevada Silver, Obelix Blue u Ophelia de Sassy fil-klassi Silver, Maestro d’Eloges u Mickey de Loiron fil-klassi Gold u z-zwiemel tal-klassi Premier Moutier, Mykonos d’Artee u Mystere du Gabaron. Jekk dawn iz-zwiemel jiddebuttaw kollha, nilhqu il- 220 ziemel gdid din is-sena.

Nhar il-Hadd li ghadda rajna wkoll iz-ziemel tat-trott Daniz Keelan jiddebutta f’Malta, meta dahal bhala sostitut fit-tigrija tal-klassi Premier. Dan iz-ziemel li ppartecipa f’tigrijiet f’numru ta’ pajjizi inkluzi d-Danimarka, Franza u l-iSvezja, ghandu l-ahjar hin ta’ 1’11’9 fil-kilometru u rebh ta’ flus ta’ SEK 1,502, 938, ferm aktar mid-doppju tal-ammont necessarju biex jikkwalifika ghall-klassi Premier.

Fit-tigrijiet ta’ nhar il-Hadd li ghadda, kellna zwiemel rebbieha li twieldu f’xejn inqas min sitt pajjizi, cioe’ id-Danimarka, il-Germanja, l-Italja, l-Olanda, in-Norvegja u l-aktar l-iSvezja.

Fil-klassi Premier iz-ziemel Svediz Isolated rregistra rebha mill-isbah, meta beda l-attakk tieghu fl-ahhar fazi tat-tigrija u baqa’ sejjer biex rebah l-ewwel rebha tieghu f’Malta fil-hin tajjeb ta’ 1’16’4 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,140m. Interessanti li t-tieni l-aqwa hin, cioe’ 1’16’9 fil-kilometru, irregistrah iz-ziemel Norvegiz Chilly Beast fil-klassi Bronze, hin eccellenti ghal dik il-klassi.

Fil-klassi Gold, iz-ziemel Daniz Kejser Flamingo kiseb il-promozzjoni ghall-klassi Premier, meta mar fuq quddiem kmieni u zamm il-kmand tat-tigrija sat-tmiem biex ha rebha misthoqqa.

Iz-zwiemel Svedizi Livi Cantona u Manifi Pointer hadu l-ewwel rebha taghhom f’tigrijiet tal-klassi Silver. Min-naha l-ohra, ta’ min jinnota r-rebha tal-veteran ta’ 16-il sena Mackbrain fil-klassi Copper, li wera li jekk wiehed jiehu hsiebhom sew, zwiemel bhal dawn jistghu xorta jkunu protagonisti f’tigrijiet kompetittivi.

Ghal darb’ohra il-jockey tal-galopp Michael Sultana kellu xi wirjiet tajba fil-Kuwait, fejn irnexxielu jikseb rebha ohra u numru ta’ pjazzamenti.

L-ahhar kelma ghal-lum hija ddedikata ghas-“Societe’ d’encouragement a’ l’elevage du cheval francais” (fil-qasir SECF), li qed tisponsorja l-kampjonati li se jibdew fi tmiem il-gimgha. Imwaqqfa fl-1864, bhal ma jindika isimha, l-ghan ewlieni ta’ din l-organizzazzjoni hija li tippromwovi l-izvilupp tat-tigrijiet tat-trott fi Franza u l-protezzjoni taz-ziemel tat-trott Franciz.

L-ghanijiet taghha jinkludu l-preservazzjoni tal-etika sportiva fit-tigrijiet tat-trott, il-promozzjoni taz-ziemel tat-trott Franciz, l-identifikazzjoni u t-tnehhija ta’ rregularitajiet u prattici hziena f’dan l-isport (bhal per ezempju billi jsiru testijiet ghad-doping) u l-ko-ordinazzjoni tal-organizzazzjoni ta’ laqghat tat-tigrijiet tat-trott f’aktar minn 200 korsa tat-tigrijiet mxerrda ma’ Franza. Tiehu hsieb ukoll l-aspett finanzjarju ta’ dan l-isport.

Dawn il-kampjonati ghalhekk jippermettu lis-SECF li tmexxi ‘l quddiem l-ghanijiet taghha billi tippromwovi z-zwiemel tat-trott Francizi u ssegwi l-progress u l-izvilupp taghhom anki barra minn Franza. Ghalina l-Maltin, jippermettulna li nsegwu hames kampjonati ferm kumbattuti li jinkludu hafna mill-aqwa zwiemel tat-trott Francizi f’Malta u jtuna idea ta’ tigrijet missielta gewwa Franza bejn zwiemel bhal dawn fil-passat.

Nawgurawlkom ilkoll zewg programmi pjacevoli fi tmiem il-gimgha li gejja.