Friday 26th November 2010
Is-56 laqgha tal-istagun – 28 ta’ Novembru 2010

Minn Magnat

Nhar il-Hadd li gej, 28 ta’ Novembru ghandu jinzamm programm iehor ta’ tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa, bl-ewwel tigrija tibda’ fis-1.30pm.

Il-programm jikkonsisti f’xejn anqas minn hdax-il tigrija, disgha tat-trott u tnejn tal-galopp, kollha kemm huma fuq distanzi qosra.
Iz-zewg tigrijiet ewlenin huma semi-finali ghat-Tazza tal-President, kampjonat li kien jigi organizzat sa ftit snin ilu u gie ri-introdott din is-sena, bil-finali tinzamm fil-laqgha li tinzamm f’Jum ir-Repubblika (13 ta’ Dicembru).

Dan il-kampjonat se jigi kkontestat fuq distanza qasira ta’ 2,140m u hu riservat ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier ta’ kwalunkwe nazzjonalita’ li jew ma ppartecipawx fil-Prix de Vincennes jew gew eliminati mill-heats ta’ dak il-kampjonat fi tmiem il-gimgha li ghadda.

Erbatax-il ziemel gew registrati f’kull semi-finali, b’hames zwiemel minn kull tigrija jikkwalifikaw ghall-finali. Numru ta’ zwiemel popolari huma mistennija jikkompetu f’dan il-kampjonat inkluz uhud li gejjin minn prestazzjonijiet tassew tajbin recentament, bhal Isolated, Alf Eme, Kejser Flamingo, Magnific As, Bellow Fratello, Play on Me u ohrajn.

Ghandna wkoll diversi zwiemel godda jippartecipaw fl-ewwel semi-finali, bhaz-ziemel Svediz Carnegie Hall, li f’eta’ ta’ seba’ snin biss diga’ rebah SEK584,925 u ghandu l-ahjar hin ta’ 1’12’7 fil-kilometru, kif ukoll iz-ziemel Franciz Niarpan li ta’ 9 snin huwa l-izghar ziemel gdid Franciz din is-sena li rebah iktar minn Euro330,000 u ghandu l-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru. Zwiemel godda ohra validi hawnhekk se jkunu Jitterbug (SE), Gentle Way (SE) u Super TD Limburgia(GER).

Il-kumplament tat-tigrijiet jaraw ir-ritorn tad-distanza sprint ta’ 1,640m li ma ntuzatx fl-ahhar ftit xhur. Dawn se jinkludu tlett tigrijiet tal-klassi Copper, zewg tigrijiet tal-klassi Bronze (f’wahda minnhom jiddebutta z-ziemel gdid Tapper Kana (SE)), tigrija riservata ghal zwiemel tal-klassi Silver u ohra ghall-klassi Gold li fiha jigru zwiemel li ghandhom bizzejjed punti biex jirbhu l-promozzjoni ghall-klassi Premier, f’kaz ta’ rebha u f’certi kazi anki bi pjazzament oghli.

Wara nuqqas ta’ hames laqghat, se jkollna wkoll zewg tigrijiet tal-galopp f’dan il-programm. Wahda hija ghal zwiemel tal-klassi A u ohra ghall-klassi B fuq distanza qasira ta’ 1,250m, b’seba’ zwiemel jigu registrati f’kull tigrija. Fost il-partecipanti fil-klassi A, insibu zwiemel li rebhu ftit ilu bhal Etoile du Pic u Mary Celest kif ukoll Dama di Kirey, debba Taljana li qed tiddebutta f’Malta.

Dan il-programm ghandu jkun kontinwazzjoni denja ta’ dawk mizmuma fi tmiem il-gimgha li ghadda meta kellna total ta’ 21 tigrija li kienu kollha riservati ghall-kampjonati SECF ghaz-zwiemel tat-trott Francizi. Ikkwalifikaw 20 ziemel ghas-semi-finali tal-kampjonat ghall-klassi rispettiva, liema semi-finali jinzammu fit-8 ta’ Dicembru.

Dawn il-laqghat raw attendenza ferm numeruza u diversi tigriiet mill-aktar missielta bi tmiem incert, fejn iz-zwiemel li kkwalifikaw kienu jinkludu tahlita tajba ta’ favoriti u zwiemel sorprendenti.

It-tlett heats tal-klassi Premier (Prix de Vincennes) raw rebhiet tal-leggendarju In Vitro du Bourg (il-31 rebha tieghu f’Malta) u taz-ziemel tassew popolari James de l’Iton (it-tnejn rebbieha fil-passat tat-Tazza l-Kbira u tal-Prix de Vincennes), kif ukoll iz-ziemel relattivament gdid Mont Cenis Honey, fit-tieni rebha tieghu minn daqstant tigrijiet bl-aqwa hin taz-zewg laqghat, cioe’ 1’16’5 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,640m.

Prestazzjonijiet ohra sbieh kienu jinkludu dawk ta’ Larkay d’Echal fil-Prix de Caen (Klassi Copper) li rregistra l-hames rebha tieghu, Neo de Mira fil-Prix de Cabourg (Klassi Silver) fit-tielet rebha konsekuttiva tieghu, L’Alpha de Cosse u Major Luchois fil-Prix d’Enghien (Klassi Gold) fir-raba’ rebha stagjonali taghhom, u ohrajn.

L-ahhar kelma ghal-lum hija wahda ta’ support ghall-jockey Michael Sultana li gie maghzul mill-Malta Racing Club biex jirrapprezenta lil Malta fil-Mediterranean Union Jockey Championship Final li se tinzamm f’Siracusa, Sqallija fit-8 ta’ Dicembru.

Il-fatt li Malta bhalissa tinsab fl-ewwel post fil-klassifika ta’ dan il-kampjonat flimkien mal-Marokk jaghmel unur lil dawk kollha li jahdmu bis-shih biex jippromwovu t-tigrijet tal-galopp f’Malta u jixhed il-kwalita’ tal-jockeys Maltin, minkejja n-numru relattivament zghir taghhom. Ninsabu certi li Michael se jitharreg sew u jaghti l-almu tieghu kollu biex jikseb l-aqwa rizultat possibbli ghal pajjizu u l-kollegi tieghu.

Din hija okkazjoni ohra fejn Malta tista’ turi li minkejja c-cokon taghha, it-talent li jezisti f’pajjizna huwa b’sahhtu daqs dak ta’ pajjizi ferm ikbar minn taghna. Huwa wkoll ezercizzju fil-hidma bhala tim fejn kull jockey li jirrapprezenta lil pajjizna jaghti l-ahjar kontribut tieghu ghall-beneficcju tat-tim kollu. Nawguraw lill-kompatrijott taghna l-isbah xewqat u b’mod partikolari, ikun x’ikun ir-rizultat, ninsabu certi li hu se jkun ezempju mill-aqwa ta’ l-isportivita’ fil-qasam tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta, kemm fil-korsa kif ukoll barra minnha.

L-isbah xewqat ghal meeting iehor eccitanti nhar il-Hadd li gej.