Wednesday 1st December 2010
Is-57 u t-58 laqgha tal-istagun – il-5 u t-8 ta’ Dicembru 2010

minn Magnat

Matul il-gimgha li gejja ghandhom jinzammu zewg programmi ta’ tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa. L-ewwel wiehed jinzamm nhar il-Hadd u l-iehor nhar l-Erbgha tal-gimgha d-diehla, btala pubblika, festa tal-Immakulata Kuncizzjoni. Iz-zewg laqghat jibdew fis-1.30pm u kull laqgha tinkludi ghaxar tigrijiet.

Dik ta’ nhar il-Hadd se tkun wahda mill-ftit laqghat matul Dicembru li ma tikludix tigrijiet minn xi kampjonat, imma fiha diversi punti ta’ interess. Il-programm jikkonsisti f’tigrijiet kollha tat-trott fuq id-distanza qasira hafna ta’ 1,640m u jinkludi tigrija wahda ghall-klassi Copper, tlett tigrijiet ghall-klassi Bronze, erba’ tigrijiet ghall-klassi Silver u tnejn riservati ghall-klassi Gold. Nisperaw li naraw hinijiet tajbin jigu rregistrati f’din il-laqgha.

Iz-zewg tigrijiet ghall-klassi Gold ikunu c-centru tal-attenzjoni f’dan il-programm u fihom ghandna naraw numru ta’ zwiemel li recentement kellhom prestazzjonijiet tajbin, bhal Lord of Rush, Livi Cantona, Giant Game u Chef F.C.

Debuttant interessanti huwa z-ziemel Svediz Totti Boko li ghandu l-ahjar hin ta’ 1’12’6 fil-kilometru u rebh ta’ aktar minn SEK1,100,000 fl-iSvezja u ftit anqas minn Euro14,700 fi Franza fejn kompla l-karriera tieghu. Se jiddebutta fil-klassi Gold flok dik Premier, taht ir-regola li tikklassifika z-zwiemel skond il-parametri ta’ rebh relattivi ghall-ahhar pajjiz li fih kienu jtellqu ghal xi zmien.

Apparti mill-fuq imsemmi Totti Boko, tlett zwiemel tat-trott se jiddebuttaw fil-klassi Gold, cioe’ Not Before (FR), Stormy Sand (SE) u Tornado Hornline (SE). Ziemel iehor, Mattahari (SE), jikkompeti fil-klassi Bronze f’dan il-programm.

Filwaqt li l-laqgha ta’ nhar il-Hadd li gej se jkollha laqta ferm internazzjonali bi zwiemel joriginaw minn hdax-il pajjiz, dik ta’ nhar l-Erbgha 8 ta’ Dicembru se tkun riservata biss ghal zwiemel Francizi, meta jkollna esklussivament is-semi-finali tal-kampjonati tal-Francizi, fejn se jtellqu whud mill-aqwa zwiemel Francizi f’Malta.

Zewg semi-finali se jinzammu f’kull kampjonat riservat ghall-klassi rispettiva, b’hames zwiemel minn kull wahda (cioe ghaxra b’kollox) jikkwalifikaw ghall- finali partikolari. Il-finali se jinzammu nhar il-Hadd 19 ta’ Dicembru.

Kull wahda miz-zewg semi-finali tal-Prix de Vincennes (klassi Premier) tinkludi lista impressjonanti ta’ zwiemel tat-trott li taghmilha denja ta’ finali. L-ewwel wahda tinkludi zwiemel bhal James de l’Iton, Lou Petiot, Mont Cenis Honey, Mica Bonero, kif ukoll l-ohrajn kollha, filwaqt li t-tieni tara lil In Vitro du Bourg, Kakisis, Lady de Vindecy, Liosco Atout, Madis Boy u l-bqija taz-zwiemel l-ohra, li huma ugwalment validi.

Iz-zewg semi-finali tal-Prix d’Enghien (klassi Gold) jinkludu wkoll numru ta’ zwiemel ta’ klassi mill-aqwa bhal L’Alpha de Cosse, Lascar Beaujolais u Never Better li kollha gejjin minn zewg rebhiet konsekuttivi u Major Luchois li rebah darbtejn u pplejsja darb’ohra fl-ahhar tlett hargiet tieghu. Anke dawn is-semi-finali mistennija jkunu ferm ibbilancjati u se jinkludu diversi ziemel b’karriera ta’ success fil-passat gewwa Franza.

Tabilhaqq l-ghazla tar-rebbieha u z-zwiemel li se jikkwalifikaw f’kull semi-finali bhalissa huwa suggett ta’ diskussjoni konsiderevoli fid-dawl tal-kwalita’ taz-zwiemel li qed jikkompetu f’kull wiehed minn dawn il-hames kampjonati.

Nhar il-Hadd li ghadda, iz-zewg semi-finali tat-Tazza tal-President riservati ghaz-zwiemel tal-klassi Premier li ma kkompetewx fil-kampjonat tal-Francizi jew gew eliminati minnu fil-heats kienu c-centru tal-attenzjoni.

L-ewwel semi-finali rat it-tieni rebha konsekuttiva ghaz-ziemel Svediz Isolated li attakka fl-ahhar fazi tat-tigrija u rebah quddiem id-debuttanti Carnegie Hall u Niarpan, b’Alf Eme u Melino du Rib ukoll jikkwalifikaw ghall-finali. Fit-tieni tigrija, Svediz iehor, Arnie Sensation, irregistra l-ahjar hin minn dawn iz-zewg tigrijiet (1’15’9 fil-kilometru fuq 2,140m) u spicca quddiem il-finalisti l-ohra Lucas Ness, Enjoy Kronos, Bello Fratello u Shamin.

Lord The Best irritorna fil-klassi Premier b’rebha mill-aqwa fil-klassi Gold, u rregistra l-aqwa hin tal-programm b’1’15’1 fil-kilometru fuq distanza ta’ 1,640m.

Iz-zewg tigrijiet tal-galopp kellhom tmiem kompletament differenti. Id-debba Brittanika Minnow rebhet it-tigrija tal-Klassi B b’distakk kbir, filwaqt li fil-Klassi A, id-debba Irlandiza Mary Celest rebhet it-tieni tigrija konsekuttiva taghha wara taqtigha qalila ma’ Mean Mr Mustard u Etoile du Pic li spiccaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

L-ahhar riflessjoni taghna hija ispirata mill-kampjonati diversi li qed jinzammu fil-korsa tal-Marsa f’dawn l-ahhar xahrejn. Iz-zwiemel tat-trott li jikkwalifikaw ghall-finali rispettivi jipprovdu approfondiment interessanti fuq ix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta. Huma gejjin minn pajjizi differenti (hlief fil-kampjonati riservati ghal xi nazzjonalita’ partikolari) specjalment Franza u l-iSvezja imma wkoll b’rapprezentanza minn pajjizi ohra, partikolarment ohrajn Skandinavi.

L-etajiet taghhom generalment ivarjaw hafna, l-aktar fl-eta’ ta’ bejn disgha u tnax-il sena imma wkoll b’xi ftit relattivament izghar ta’ seba’ u tmien snin u xi rapprezentanti tal-generazzjoni ta’ tlettax-il sena jew akbar. B’mod partikolari pero’ wiehed jista’ jinnota fost dawk li jghaddu ghall-finali, it-tahlita ta’ favoriti u “outsiders”, ta’ zwiemel li kellhom passat ta’ success fil-pajjiz tal-origini taghhom u dawk li forsi ma wrewx daqstant valur barra minn Malta imma li qed juru l-kapacita’ vera taghhom f’Malta.

Dan kollu, flimkien mar-registrazzjoni ta’ xi hinijiet tajbin, jixhdu l-kompetizzjoni akkanita li tezisti fil-qasam tat-tigrijiet taz-zwiemel u l-kburija u l-impenn li bih il-Maltin jiehdu hsieb iz-zwiemel tat-tigrija.

Nawgurawlkom ilkoll zewg programmi pjacevoli fi tmiem il-gimgha li gejja.