Tuesday 7th December 2010
Mediterranean Horse Racing Union (MHRU) – Kampjonat tal-Galopp 2010

Michael Sultana li bhalissa jinsab fl-ewwel post tal-klassifika tal-jockeys tal-galopp tal-Malta Racing Club (MRC) inghazel mill-MRC biex jirrapprezenta lil Malta fl-ahhar stadju tal-kampjonat tal-galopp tal-MHRU ghall-2010 li se jinzamm f’Siracusa, Sqallija nhar l-Erbgha 8 ta’ Dicembru.

Fl-istadji ta’ qabel, Malta kienet rapprezentata mill-jockeys Eric Zammit li spicca fir-raba’ post fis-Serbja u l-ewwel fit-Tunezija, Oliver Briffa li spicca fis-sitt post fil-Marokk u Michael Sultana li spicca fit-tielet post f’Malta. It-tigrijiet li kellhom isiru fil-Kroazja u fl-Algerija kellhom jigu kkancellati.

F’dan il-kampjonat Malta qed tikkompeti kontra numru ta’ pajjizi ohra, ikbar minna, li kollha jinsabu fir-regjun tal-Mediterran.

Qabel halla Malta lejn Sirakuza, ic-chairman tal-Klabb Dr Matthew Brincat qal “bhalissa ninsabu nokkupaw l-ewwel post fil-klassifika, b’punti ndaqs mal-Marokk u dan minkejja l-fatt li fit-tigrija li nzammet gewwa Cagnes Sur Mer, Franza, iz-ziemel li kellu jinstaq mill-jockey Malti (l-istess Michael Sultana) gie rtirat mit-tigrija, u rrizulta f’dizappunt kbir u telf ta’ punti prezzjuzi ghal Malta”. Huwa kompla billi qal “ikun xi jkun ir-rizultat ta’ din l-ahhar tigrija, ir-rizultati miksuba s’issa huma tassew ta’ min ifahharhom, specjalment meta wiehed jikkunsidra li t-tigrijet tal-galopp f’Malta huma dixxiplina li ghadha tizviluppa, b’numru ristrett, ghalkemm dejjem jikber, ta’ zwiemel u jockeys”.

Flimkien mar-rizultati pozittivi miksuba barra minn xtutna minn uhud mill-jockeys, dan juri li minkejja n-numru relattivament zghir taghhom, il-jockeys taghna ghandhom livell internazzjonali u li l-kwalita’ taghhom mhix inferjuri ghal dik tal-kompetituri barranin.

Kull wiehed mill-jockeys taghna ta l-impenn tieghu kollu lejn il-kisba tal-ahjar rizultat possibbli ghall-kuluri nazzjonali. Il-klassifikazzjoni prezenti hija l-frott ta’ sforz kollettiv mir-rapprezentanti taghna kollha. Hija tipprovdi wkoll messagg inkoragganti lill-entuzjasti tax-xena tat-tigrijiet tal-galopp f’Malta u lill-promoturi ta’ din id-dixxiplina u tikkonferma l-passi ‘l quddiem li saru.

Naturalment, jekk Malta jirnexxielha tirbah dan il-kampjonat b’wirja mill-aqwa gewwa Sqallija, dan ikun ifisser “double” inkredibbli ghas-sewwieqa Maltin f’kompetizzjonijiet internazzjonali organizzati mill-MHRU fl-2010, wara s-success miksub mis-sewwieqa Maltin tat-trott fil-kampjonat taghhom aktar kmieni din is-sena.

Nawguraw l-isbah xewqat lil Michael u lit-tim Malti. Ninsabu konvinti li huwa ghamel l-almu tieghu kollu biex jipprepara ruhu bl-ahjar mod possibbli ghal dan l-appuntament. Ejja naghtu prova ohra tal-kwalita’ tal-isportivi taghna, minkejja l-limitazzjonijiet ta’ daqs u rizorsi, imma specjalment, ejja nkunu ambaxxaturi mill-aqwa tal-komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta u dejjem naghtu l-ezempju f’dak li hu “sportsmanship”, ikun xi jkun ir-rizultat ahhari.