Friday 10th December 2010
Id-59 u s-60 laqgha tal-istagun – it-12 u t-13 ta’ Dicembru 2010

minn Magnat

Matul il-granet li gejjin ghandhom jinzammu zewg programmi ta’ tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa. L-ewwel wiehed jinzamm nhar il-Hadd u l-iehor nhar it-Tnejn tal-gimgha d-diehla, btala pubblika, Jum ir-Repubblika. Iz-zewg laqghat jibdew fis-1.30pm. Il-programm tal-Hadd jinkludi disa’ tigrijiet b’dak tat-Tnejn ikollu tmien tigrijiet.

Ic-Chukkas Coronation Cup ghaz-zwiemel tal-galopp fuq id-distanza qasira ta’ 1,250m tkun ic-centru tal-attenzjoni fil-programm ta’ nhar il-Hadd. Tmien zwiemel protagonisti f’din id-dixxiplina se jiehdu sehem, inkuzi zwiemel gejjin minn prestazzjonijiet recenti eccellenti, bhal Uncle Bertie li rebah l-ahhar zewg tigrijiet tieghu, Mr Roxy Music, Lordswood u No Telling li kull wiehed rebah darba u kiseb zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett hargiet tieghu.

Il-kumplament tal-programm tal-Hadd jikkonsisti f’tigrijiet tat-trott “normali”, zewg tigrijiet ghall-klassi Copper, tlett tigrijiet ghall-klassi Bronze, tigrija ghall-klassi Silver, tigrija ghall-klassi Gold u ohra riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier. Dawn it-tigrijiet kollha jkunu fuq distanza qasira ta’ 2,140m.

It-tigrija tal-klassi Premier tinkludi lista shiha ta’ sittax-il ziemel gejjin minn xejn inqas minn hames pajjizi, inkluzi zwiemel popolari bhal Kain Poifond, Play on Me u Think Yatzee. Dik ghall-klassi Gold tinkludi numru ta’ zwiemel li sa dan l-ahhar kienu jigru fil-klassi Premier u ghandhom l-opportunita’ li jiksbu l-promozzjoni ghal dik il-klassi, bhal Kejser Flamingo, Loulou des Vallees, Moutier, Le Major u ohrajn.

It-tigrija principali tal-programm ta’ nhar it-Tnejn li jkun jikkonsisti f’tigrijiet tat-trott kollha fuq distanza ta’ 2,140m tkun il-finali tat-Tazza tal-President, fejn ghaxra miz-zwiemel tat-trott ewlenin jissieltu biex jirbhu din it-Tazza prestigjuza. Dawn jinkludu seba’ zwiemel Svedizi, Alf Eme, Arnie Sensation, Bello Fratello, Carnegie Hall, Isolated, Lucas Ness u Shamin, iz-zwiemel Francizi Melino du Rib u Niarpan u t-Taljan Enjoy Kronos. Il-kwalita’ tal-partecipanti taghmilha bicca xoghol difficli li wiehed ibassar it-tmiem ta’ din it-tigrija.
Iz-zewg tigrijiet tal-klassi Gold fil-programm tat-Tnejn jinkludu wkoll numru ta’ zwiemel interessanti li gejjin minn prestazzjonijiet pozittivi dan l-ahhar, bhal Black Guy, Livi Cantona, Joker Pitstop, Chef F.C., Korentin,
Big Hit u ohrajn.

It-tigrijiet l-ohra huma tigrija ghall-klassi Copper, tnejn ghall-klassi Bronze u tnejn ghall-klassi Silver, fejn fl-ewwel wahda naraw l-uniku debuttant li mistenni jikkompeti f’dawn iz-zewg programmi, cioe’ il-Germaniz Geronimos Cadillac.

Fil-programm tal-Hadd li ghadda, rajna ghaxar tigrijiet interessanti fuq id-distanza qasira hafna ta’ 1,640m. It-tigrijiet ewlenin kienu tnejn tal-klassi Gold li ntrebhu mill-“outsider” Korentin, li kien nieqes mill-korsa ghal xi zmien imma rebah f’ wiehed mill-aqwa hinijiet tal-programm ta’ 1’14’8 fil-kilometru u l-favorit Lord of Rush li rebah it-tielet tigrija tieghu dan l-istagun.

L-aqwa hin l-iehor ta’ 1’14’8 fil-kilometru gie registrat minn Big Hit, fir-raba’ rebha tieghu dan l-istagun, meta rebah il-promozzjoni ghall-klassi Gold wara li gheleb l-isfida qawwija ta’ Black Guy li spicca fit-tieni post u gie wkoll promoss ghal dik il-klassi. Rajna wkoll it-tielet rebha stagjonali ghal Chilly Beast (promoss ghall-klassi Silver) u Bankir Zon.

Fit-8 ta’ Dicembru, il-programm ta’ ghaxar tigrijiet kien kollu dedikat ghas-semi-finali tal-kampjonati tal-Francizi ghal kull klassi ta’ zwiemel tat-trott.

Fis-semi-finali tal-Prix de Vincennes (klassi Premier), rajna zewg tigrijiet ferm kombattuti bejn zwiemel ta’ l-aqwa kalibru. Iz-ziemel ta’ ghaxar snin Mont Cenis Honey rregistra t-tielet rebha tieghu minn daqstant tigrijiet f’Malta miz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw James de l’Iton, Lou Petiot, Land Havaroche u Kamis de l’Eveche. Fit-tieni semi-finali, id-debba ta’ hdax-il sena Lady de Vindecy kellha taqtigha difficli biex teghleblir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira In Vitro du Bourg li spicca t-tieni u taz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw, cioe’ Lucky Marceaux, Kakisis u Madis Boy.
Anki l-kampjonati riservati rispettivament ghall-klassijiet Gold, Silver, Bronze u Copper ipprovdew ghaxar finalisti ghal kull kampjonat.
L-aqwa hin tal-programm fuq distanza ta’ 2,640m gie registrat fit-tieni semi-finali tal-Prix de Cabourg (klassi Silver) mirbuha minn Muflier des Fleurs f’hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru.

Kendo du Chene ha l-hames rebha tieghu dan l-istagun fil-Prix de Caen (klassi Copper), filwaqt li xejn inqas minn tlett zwiemel hadu r-raba’ rebha stagjonali taghhom, cioe’ Mousko Royal fil-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze), Neo de Mira fil-Prix de Cabourg (klassi Silver) u Kiflosak Cordiere fil-Prix d’Enghien (klassi Gold). Min-naha l-ohra Lucky Fan (Prix d’Enghien) rregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta meta gie b’sahhtu fl-ahhar parti tat-tigrija.

L-ahhar ftit kliem ghal-lum jirrigwardaw xi ftit ahbarijiet. L-ewwelnett prosit lis-sewwieqa li rrapprezentaw lil Malta u li rebhu l-kampjonat tal-Mediterrean Horse Racing Union (MHRU) ghas-sewwieqa u li gew kif xieraq onorati bhala tim mill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) bil-Gold Award prestigjuza fic-cerimonja ta’ premjazzjoni annwali tal-MOC.

Fl-ahhar stadju tal-kampjonat tal-jockeys tal-MHRU, Michael Sultana ma kienx iffurtunat fil-polza ghaz-ziemel li kellu jsuq u spicca fis-sitt post fit-tigrija tal-galopp li nzammet f’Siracusa, Sqallija. Malta spiccat fit-tieni post prestigjuz fil-klassifika finali ta’ dan il-kampjonat, li huwa wkoll success kbir ghall-jockeys habrieka taghna, meta kienu qed jikkompetu ma kompetituri gejjn minn pajjizi ikbar minna.

Nhar is-Sibt 11 ta’ Dicembru, Charles Camilleri, wiehed mis-sewwieqa ewlenin taghna, se jirraprezenta lil Malta fil- Prix des Rencontres Internationales du Trotteur Francais, li fih jikkompetu sewwieqa ta’ talent jirrapprezentaw 14-il pajjiz. Charles ma kienx iffurtunat fil-polza ghan-numru wara l-autostart u fiz-ziemel li se jsuq, u mistennija tigrija difficli ghalih. Madankollu ahna certi li ghal darb’ohra r-rapprezentant taghna se jaghmel l-almu tieghu kollu biex jaghti l-aqwa prestazzjoni possibbli u jaghti ezempju ta’ sportivita’.

Sfortunatament ninnutaw fl-ahharnett b’dizappunt li mit-testijiet tad-“doping” li gew ricevuti fl-ahhar tal-gimgha l-ohra xi whud irrizultaw pozittivi. Nawguraw kultura ta’ tigrijiet aktar nadifa u rizultati negattivi f’testijiet ghad-“doping” fil-futur.

Nawgurawlkom ilkoll zewg programmi pjacevoli fi tmiem il-gimgha li gejja.