Friday 17th December 2010
Il-61 laqgha tal-istagun – id-19 ta’ Dicembru 2010

minn Magnat

Il-programm ta’ tigrijiet li jmiss se jinzamm fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd li gej 19 ta’ Dicembru. Dan jibda’ fis-1.30pm u jikkonsisti fi tmien tigrijiet kollha tat-trott.

Ghandu jkun programm interessanti hafna b’hames finali tal-kampjonat tal-Francizi, wahda ghal kull klassi, bi premjijiet tassew sbieh. Jinzammu wkoll tlett tigrijiet “normali”, wahda ghall-klassi Copper u tnejn ghall-klassi Silver.

L-attenzjoni principali mistennija tkun iffukata fuq il-finali tal-Prix de Vincennes riservata ghal zwiemel Francizi tal-klassi Premier, fejn jiehdu sehem ghaxar partecipanti f’etajiet li jvarjaw bejn ghaxra u erbatax-il sena. Dawn huma In Vitro du Bourg, James de l’Iton, Kakisis, Kamis de l’Eveche, Lady de Vindecy, Land Havaroche, Lou Petiot, Lucky Marceaux, Madis Boy u Mont Cenis Honey. Il-fatt li kull wiehed minn dawn il-partecipanti rebah iktar minn Euro230,000 fil-karriera tieghu barra minn Malta u wkoll li bejniethom rebhu madwar 70 tigrija mill-wasla taghhom f’Malta huma xieghda tal-kwalita’ taghhom.

Il-finali tal-Prix d’Enghien tara ghaxar kompetituri mill-klassi Gold ta’ bejn disa’ u erbatax-il sena, li hafna minnhom rebhu aktar minn Euro140,000 fil-karriera taghhom barra minn Malta u li whud minnhom, cioe’ Kiflosak Cordiere, Lascar Beaujolais, Lucky Fan u Never Better, rebhu almenu darba fl-ahhar tlett hargiet taghhom fostna.

Anki l-finali l-ohra, cioe’ il-Prix de Cabourg (klassi Silver), il-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) u l-Prix de Caen (klassi Copper) jinkludu numru ta’ zwiemel tat-trott ta’ kwalita’ gholja u huma tigrijiet ibbilancjati li ghandhom jentuzjazmaw lid-dilettanti kollha tat-tigrijiet taz-zwiemel.

Fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda, iz-ziemel tal-galopp Brittaniku Uncle Bertie rebah ic-Chukkas Coronation Cup fuq distanza qasira ta’ 1,250m, u b’hekk rebah it-tielet tigrija tieghu minn daqstant tigrijiet f’Malta. Huwa mar fuq quddiem tal-grupp ta’ tmien partecipanti fl-ahhar 500 metru u rregistra rebha mill-aqwa mill-eqreb sfidanti tieghu Etoile du Pic, Mean Mr Mustard u No Telling.

Nhar it-Tnejn, iz-ziemel tat-trott Svediz ta’ tlettax-il sena Bello Fratello rebah finali kombattuta ghat-Tazza tal-President (il-hames rebha tieghu din is-sena) fuq distanza ta’ 2,140m bi sprint mill-aqwa fid-dritt finali meta gheleb l-eqreb avversarji tieghu Niarpan, Lucas Ness u Melino du Rib f’hin tajjeb hafna ta’ 1’15’7 fil-kilometru.

Fost il-prestazzjonijiet interessanti l-ohra rajna lill-iSvediz ta’ hdax-il sena Think Yatzee jaghmel ritorn rebbieh fil-korsa fil-klassi Premier, wara nuqqas ta’ seba’ gimghat.
Ker Pellois ha l-ewwel rebha tieghu din is-sena fil-klassi Gold, u kiseb il-promozzjoni ghall-klassi Premier. Fit-tigrijiet l-ohra tal-klassi Gold, Lys de l-Oasis wettaq sprint mill-isbah fid-dritta finali biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta (wara numru ta’ pjazzamenti), filwaqt li Livi Cantona rebah it-tigrija l-ohra biex issa rregistra zewg rebhiet u zewg pjazzamenti minn erba’ hargiet.

Notice As gie promoss ghall-klassi Gold wara li rebah b’margni zghir hafna minn Energy Launcher f’hin tajjeb hafna ta’ 1’16’6 fil-kilometru fuq distanza ta’ 2,140m.
Fi Franza, nhar il-Gimgha li ghadda, is-Sinjuri Kacidon Bilocca u Vincent Debono, sidien ta’ In Vitro du Bourg gew onorati bi premju ghal ziemel Franciz ta’ klassi mill-assocjazzjoni Franciza tat-tigrijiet taz-zwiemel; rikonoxximent misthoqq ghal dan iz-ziemel ta’ success u ghas-sidien tieghu.

Gie ppublikat kalendarju li ghandu bhala tema uhud mill-ahjar rebhiet ta’ In Vitro du Bourg. Dan jista’ jigi akkwistat ghal donazzjoni ta’ Euro5; il-flus li jingabru jigu mghoddija lid-Dar tal-Providenza. Filwaqt li wiehed ikun qed jakkwista rikordju ta’ dan iz-ziemel tat-trott li jifforma parti mill-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta ikun ukoll qed ighin f’kawza tassew xierqa.

Is-Sibt li ghadda, fil-korsa ta’ Vincennes, mecca tat-tigrijiet taz-zwiemel fi Franza, inzamm il-Prix des Rencontres Internationales du Trotteur Francais, tigrija tat-trott fuq 2,100m. Fiha ppartecipaw sewwieqa ta’ hila minn erbatax-il pajjiz li ghandhom assocjazzjoni mas- Societe’ d’encouragement a’ l’elevage du cheval francais (“SECF”). Ir-rapprezentant Malti kien Charles Camilleri, wiehed mis-sewwieqa ewlenin li ghandna. Minkejja li kien qed isuq ziemel li ma kienx fost il-favoriti, li kien qed jibda’ mit-tieni filliera wara l-karozza tat-tluq u li c-cirkostanzi tat-tigrija poggewh fl-ahhar tal-grupp tal-partecipanti sa’ l-ahhar 500 metru, Charles wera l-hila kollha tieghu, meta sfrutta l-aqwa karatteristika tad-debba li kien qed isuq, cioe’ t-tmiem qawwi taghha, ghal sprint mill-aqwa, li rrizulta f’pjazzament ta’ mertu fir-raba post, ftit pulzieri biss mit-tieni post. Prosit tassew Charles, ghamiltna kburin u ghal darb’ohra tajt dimostrazzjoni tat-talenti tas-sewwieqa taghna fil-kamp internazzjonali.

Huwa wkoll bi pjacir li ninnutaw is-successi li kellu Charles Degiorgio, Malti bhalna, fl-iSvezja dan l-ahhar.

Il-laqgha li jmiss se tkun is-61 wahda dan l-istagun, li huwa t-tieni l-akbar numru ta’ laqghat tat-tigrijiet matul stagun partikolari fl-ahhar seba’ snin u dan huwa success ta’ sodisfazzjon kbir ghall-Malta Racing Club (MRC).

Li torganizza tant laqghat ta’ tigrijiet kwazi kollha bi tmien tigrijiet jew aktar hija bicca xoghol iebsa u titlob sforz qawwi ta’ organizzazzjoni u xoghol sostanzjali ta’ ko-ordinament minn kull min hu nvolut. Anki biex jingabru fondi ghall-premjijiet u ghat-tmexxija tal-laqghat, inkluz li jinstabu “sponsorships”, jirrikjedi attenzjoni u sforz kontinwu fid-dawl tar-rizorsi limitati ta’ pajjizna u z-zieda fil-fondi necessarji biex jigu organizzati l-laqghat ta’ tigrijiet.

Jekk tibda’ mill-Kunsill tal-Klabb u tkompli b’dawk kollha li jaghtu il-kontribut taghhom b’mod jew iehor, kultant b’mod voluntarju jew semi-voluntarju, dan ir-rizultat huwa l-frott tat-thabrik taghhom.

Nawguraw gurnata mill-isbah ta’ finali nhar il-Hadd u Milied mill-aktar hieni lilkom u lil dawk li thobbu.