Thursday 12th May 2011
Tibdil fis-sistema tal-Parking Temporanja

Minhabba x-xogholijiet ta' tisbieh li qed issir fil-Car Park tal-Malta Racing Club, il-Club ghamel arrangamenti biex niffacilitaw it-traffiku u l-parking waqt it-tigrijiet u jinholoq l-inqas inkonvenjent possibli.

Kif spejgat fil-Mappa, il-post tad-dhul immarkat bhala A (Gej min-naha tar-round about tal-Lowenbrau). Mhux ser ikun hemm access minn punt immarkat B, li huwa il-post tal-hrug (Gej minn Mdina Road)

Il-Car Park, immarkat C, ser ikun biss ghall-karrijiet taz-zwiemel. Hekk kif ikun mimli, l-karrijiet huma imhegga jipparkjaw fil-Parking taht il-paddock immarkat D. L-access ghall-paddock ser ikun mill-La Valette Riding Club.

Car Park D ser ikun miftuh wkoll ghall-karozzi in-generali. Fil-fatt mill-entratura tal-Owners, Punt immarkat E - kullhadd ser ikun jista jhallas it-ticket u jidhol.

Filwaqt li niskuzaw ruhna ta' dan l-inkonvenjent, il-Malta Racing Club f'dawn l-ahhar granet kien qed jahdem flimkien mal-awtoritajiet ikkoncernati biex insibu l-ahjar soluzzjoni sakemm jintemmu ix-xogholijiet li mistennija jitlestew sa l-ahhar ta' Gunju

Nirringrazjawkhom bil-quddiem tal-koperazzjoni taghkhom