Sunday 11th April 2010
In Vitro Du Bourg jirbah l-ghola unur tal-Malta Racing Club

Ir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira 2010 sponsorjata mill-kumpanija internazzjonali tal-ajru “Emirates Airline” huwa iz-ziemel popolari In Vitro Du Bourg. Dan iz-ziemel issa jista ukoll jidhol ma l-aktar zwiemel famuzi u popolari li qadt grew f’pajjizna.

Il-hin tat-tigrija kien dak ta’ 1’15’’8, f’tigrija li kienet missilta, fejn il-favorit l-iehor u rebbieh matul dawn l-ahhar sentejn, James De L’Iton falla milli jimpressjona f’din il-Finali. It-tigrija bdiet b’andament veloci fejn Lou Lou de Lamee misjuq min Charles Camilleri u Lys De L’Oasis marru mill-ewwel fuq quddiem. B’dan tal-ahhar immur quddiem, pozizzjoni li zamm sa l-ahhar 500 metru. Kemm In Vitro Du Bourg kif ukoll James De L’Iton zammew il-pass ma dawn ta’ quddiem, kif ukoll ghamlu iz-zwiemel Kakisis u Isolated, li dejjem kienu bic-cans ghat-tigrija. Fl-ahhar 500 metru Ivan Bilocca fuq In Vitro Du Bourg beda jzied il-pass u hekk kif hareg fuq barra beda jattakka lil ta’quddiem biex ha it-tmun tat-tigrija, li fil-fatt zamm sal-linja finali. Fl-ahhar kien hemm ukoll attak kemm min Lou Lou de Lamee u Kakisis li pero dawn ikkontestaw it-tieni post vicin hafna ta’ xulxin, biz-ziemel Isolated ukoll warajhom.

Wara it-tigrija, is-Sur Paul Fleri Soler, Manager tal-Emirates ghall-Malta u Cipru, ipprezenta it-tazza lis-sidien taz-ziemel rebbieh is-Sinjuri V Debono u C Bilocca. Is-sewwieq taz-ziemel Ivan Bilocca qal li din hija holma li saret realta li dan iz-ziemel issa ukoll rebah dan l-unur tant prestiggjuz u gie inkurunat l-Aqwa ziemel tas-sena 2010. Huwa ukoll irringrazzja lill-Emirates Airline tas-sapport li juru lill-dan l-isport.

Ritratti tat-Tazza l-Kbira 2010 issibuwhom fis-sezzjoni tal-"Gallery"