Thursday 19th May 2011
Il-25 laqgha tal-istagun 2011 – it-22 ta’ Mejju

minn Magnat

Il-25 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel ta’ dan l-istagun se ssir fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd li gej 22 ta’ Mejju mis-2pm ‘il quddiem u se tinkludi hdax –il tigrija tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m. F’din il-laqgha naraw l-aktar zwiemel Francizi li ma kkwalifikawx ghas-semi-finali tal-kampjonati tal-Francizi u dawk li gejjin minn pajjizi ohra li ma kienux eligibbli biex jikkompetu f’dawk il-kampjonati.

L-attrazzjoni principali tal-laqgha tkun it-tlett semi-finali tat-Tazza Sette Giugno li fiha gew miktuba total ta’ 32 ziemel tat-trott tal-klassi Premier imweldin l-iSvezja, Franza, il-Germanja, in-Norvegja, d-Danimarka u l-Finlandja, li jikkompetu ghad-disa’ postijiet (tlieta minn kull semi-finali) fil-finali, li se ssir fis-7 ta’ Gunju.

Dawn jinkludu protagonisti f’kampjonati li nzammu dan l-ahhar, bhar-rebbieh tal-kampjonat U*Bet ghall-klassi Premier Think Yatzee, ir-rebbieh tat-Tazza tal-President tas-sena l-ohra Lucas Ness, ir-rebbieh tal-Assikura Cup Indian Attack, iz-ziemel li spicca fit-tieni post fil-finali tal-Emirates Tazza l-Kbira Lonshults Anders, hafna zwiemel tat-trott ohra popolari u d-debuttanti Energy As (SE), Nobel de Grimoult (FR) u Skip Dimanche (SE).

Interessanti ninnutaw li z-zewg zwiemel tat-trott Svedizi msemmija aktar 'il fuq ghandhom it-tnejn tmien snin u kellhom rebh tajjeb hafna barra minn xtutna ghall-eta' taghhom. Skip Dimanche kellu rebh ta' flus ta' SEK961,750, b'10 tigrijiet mirbuha u diversi pjazzamenti. Matul l-ahhar sena l-aqwa tigrijiet tieghu nkludew darbtejn fit-2 post u darba fit-tielet post fil-koros ta' Solvalla u Jagersro, li matul wahda minnhom irregistra wkoll l-aqwa hin tieghu ta' 1'12'4 fil-kilometru fuq 1,640m. Energy As kellu rebh ta' flus ta' SEK961,467, b'16-il tigrija mirbuha u numru ta' pjazzamenti. Fl-2010, irregistra 3 rebhiet u zewg pjazzamenti fit-tieni post, kif ukoll l-ahjar hin tieghu ta' 1'12'7 fil-kilometru fuq 1,640m.

Dawn it-tliet tigrijiet mistennija li jkunu mill-aktar missielta.

Ghandna wkoll tigrija tajba hafna tal-Klassi Gold li tinkludi tlettax-il ziemel interessanti li xejn anqas minn erbgha minnhom irregistraw rebha fl-ahhar tlett hargiet taghhom, cioe’ Biggles Coquet, Kingpin La Marc, Matador Knick u Bete Saknussen.

It-tigrijiet l-ohra jikkonsistu f’erba tigrijiet ghall-klassi Bronze, zewg tigrijiet ghall-klassi Silver u tigrija ohra rriservata ghal zwiemel tal-klassi Copper.

L-ahhar laqghat
Iz-zewg laqghat tal-gimgha l-ohra kienu ddominati mill-heats tal-kampjonati tal-Francizi riservati ghaz-zwiemel tat-trott Francizi. Dawn tawna z-zwiemel li kkwalifikaw ghas-semi-finali ta’ kull kampjonat, cioe’ 16-il ziemel fil-Prix de Vincennes (klassi Premier), 18 fil-Prix d’Enghien (klassi Gold), 23 fil-Prix de Cabourg (klassi Silver), 20 fil-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) u 17 fil-Prix de Caen (klassi Copper).

Kif mistenni, l-attenzjoni principali kienet iffukata fuq it-tlett heats mill-Prix de Vincennes. L-ewwel wahda intrebhet b’tul mid-debuttant Mystere d’Urfist f’hin tajjeb ta’ 1’15’6 fil-kilometru, quddiem Mark de Chamant, Master Perrine u L’As de Seuilly, bil-postijiet li kien fadal ghas-semi-finali jibqghu mhux mimlija minhabba li l-kontestanti l-ohra gew skwalifikati.

Fit-tieni heat, Milord Barbes irregistra it-tieni rebha konsekuttiva f’Malta wara li ha l-kmand tat-tigrija fi stadju bikri u zammu b’mod komdu sat-tmiem, biex fil-process gheleb liz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw Joker de Choisel, Marathon Villers, Lovely Mab, Kakisis u Le Bolide du Suret.

L-“outsider” Malin Roro rebah it-tielet heat b’distakk impressjonanti f’hin iehor tajjeb ta’ 1’15’6 fil-kilometru, biex gheleb lil Major Chaleonnais, Le Coup de Foudre, In Vitro du Bourg, James de l’Iton u Knock de Manche, li lkoll ghaddew ghas-semi-finali.

Il-heats kollha tal-Prix d’Enghien kellhom tmiem missielet b’distakki minimi jifirdu r-rebbieha miz-zwiemel li spiccaw fit-tieni post. Kojak d’Isques gheleb lil Kalipso Pierji b’distakk zghir fl-ewwel heat, Natif de Salvi ghamel l-istess fil-konfront ta’ Novak fit-tieni, u Nono d’Echal kellu jxejjen sfida qawwija minn L’Alpha de Cosse fl-ahhar wahda.

Nhar il-Gimgha, kellna wkoll tigrija bl-involviment ta’ sewwieqa Maltin u ohrajn minn Malmo, l-Isvezja. Din it-tigrija kienet iddominata mid-debba Germaniza Divinis u rat iz-zwiemel misjuqa mis-sewwieqa Maltin Charlie Magro, Herman McKay u Mario Borg jirbhu l-ewwel tlett pjazzamenti filwaqt li dak misjuq mis-sewwieq Svediz Micael Andersson spicca fir-raba’ post.

Rizultati ta’ testijiet tad-doping
Nawguraw lis-sidien u trainers ta’ Kakisis, Lonshults Anders, Lou Petiot u Neo de Mira (rebbieha tal-ewwel erba’ pjazzamenti fil-finali tal-Emirates Tazza l-Kbira), kif ukoll lil dawk ta’ Hawkear u Kimberley Downs, li fil-konfront ta’ kull wiehed minnhom il-Malta Racing Club ircieva rizultat negattiv tad-doping.

Jalla ezempji ta’ rizultati nodfa ta’ testijiet tad-doping bhal dawn iservu ta’ mudell ghal kulhadd biex ma jintuzawx sustanzi projbiti fi kwalunkwe attivita’ sportiva.

It-Tazza Sette Giugno
Wara li s-sena l-ohra kellna l-MRC Premier Trot li kien ristrett ghal Finali wahda ghal zwiemel mhux Francizi li kellhom punti ferm oghlja fil-klassifikazzjoni tal-Malta Racing Club, din is-sena il-kalendarju tat-tigrijiet joffrilna it-Tazza Sette Giugno, li hija miftuha ghaz-zwiemel kollha tal-klassi Premier ta’ kwalunkwe nazzjonalita’, hlief ghal dawk li se jikkompetu fis-semi-finali tal-kampjonat tal-Francizi tal-Prix de Vincennes.

Din is-sena, se jkollna wkoll tigrijiet ta’ kwalifikazzjoni li jwasslu ghall-ghazla tad-disa’ finalisti, u b’hekk il-partecipanti kollha qed jinghataw opportunita’ biex jibbrillaw fil-konfront ta’ zwiemel ta’ kalibru gholi bhalhom u jippermettu l-ghazla ta’ sett ta’ finalisti li apparti l-kwalita’ oghlja taghhom qed igawdu wkoll forma tajba fil-prezent.

Se tipprovdi wkoll il-bazi tas-selezzjoni ta’ nofs il-finalisti – in-nofs l-iehor se jigu mill-finali tal-Prix de Vincennes – tal-VOB Grand Final tax-xahar id-diehel, finali ohra ewlenija fix-xena tat-trott f’Malta.

Id-distanza ta’ 2,140m li qed tintuza ghal dan il-kampjonat hija wahda popolari hawn Malta u tintuza wkoll f’hafna mill-kampjonati li jinzammu fl-ewwel parti tal-istagun, bhall-kampjonati tal-U*Bet, it-Tazza Assikura, il-kampjonati tal-Francizi ta’ Gunju ecc.

Fl-ahharnett, riflessjoni fuq l-isem tal-kampjonat, li jigbed l-attenzjoni minhabba (bhal ma hu l-kaz tat-Tazza tal-President) li jiccelebra wahda mill-festi nazzjonali ta’ Malta, u jghaqqad it-tigrijiet taz-zwiemel ma l-istorja u l-identita’ nazzjonali taghna.

Fis-Sette Giugno, Malta tfakkar il-grajjiet li sehhu fis-7 ta’ Gunju 1919, meta wara rvellijiet mill-Maltin, erba’ persuni gew maqtula fi sparaturi fuq id-dimostranti. Naghtu unur lill-kompatrijotti taghna li tilfu hajjithom, u li t-tixrid ta’ demmhom sar wiehed mill-pedamenti tal-izvilupp kostituzzjonali Malti u fit-thabrik ta’ pajjizna ghall-kisba tas-sovranita’ tieghu.

Nawgurawlkom laqgha ohra eccitanti nhar il-Hadd li gej.