Sunday 29th May 2011
X'JGHIDU IL-GAZZETTI TAL-HADD...


It-tlett titoli principali li nsibu fil-gurnali tal-Hadd jitkellmu fuq il-programm tat-tigrijiet tal-lum, dak ta' nhar il-Gimgha, kif ukoll rigward l-Elitloppet fl-Isvezja.

It-Torca u l-mument, jiktbu dwar il-programm ta' nhar il-Gimgha bir-rizultati kollha, b'attenzjoni specjali tmur fuq iz-zewg semi-finali tal-McDonald's Mediterranean Derby mirbuha min Buttermilk u Kimberly Downs. Iz-zewg gurnali Maltin, jghatu wkoll harsa lejn il-program tal-lum, bl-ahhar semi-finali tal-kampjonat SECF, li jsiru llum fit-3 klassijiet, Premier, Gold u Silver. Il-gurnali jinkludu wkoll il-pronostici taz-zewg kittieba.

L-Elitloppet, tigrija li ser tinzamm illum, tispikka wkoll bhala wahda mill-ahbarijiet ewlenin fid-dinja tal-isport ekwestru li hija wkoll segwita b'interess mid-dilettanti lokali.

Il-Mument wkoll ghandu intervista interessanti mac-Chairman tal-Club Dr Matthew Brincat, fejn jitkellem dwar l-isfidi tal-Club fix-xhur li gejjien, l-attivitajiet li jmiss kif ukoll fuq il-futur tat-tigrijiet taz-zwiemel f'Malta.