|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
MALTARACINGCLUB.COM |
||||||
|
|
|
NEWS &
PRESS |
||||||
|
|
||||||||
|
REGOLAMENTI
U DIXXIPLINA TIGRIJIET GALOPP 2008 |
||||||||
It-tigrijiet tal-galopp ser jigu
kkontrollati minn Judge, Steward, Starter u Handicapper tal-MRC . a. Judge ser jkun
responsabbli ghall-osservaanza ta’ kull aspett tat-tigrija mill-hin li
jintiznu l-gerrejja sal-mument li jithabbar r-risultat ufficjali
tat-tigrija.Huwa jkun responsabbli b’mod assolut fuq l-ufficjali l-ohra
kollha li qed jassistuh. b. Steward jkun
responsabbli ghall- uzin tal-gerrejja, meta jissejhu ghall-parata u sabiex
javvicinaw il-gagga tat-tluq u jassisti fis-supervizzjoni u kull attegjament
tal-gerrejja u handlers kif ukoll jesamina t-tigrija u jassisti fil-verdett
tat-tigrija. Steward jista jkun starter u vice versa izda dejjem ghandhu jigi
mgharraf lill-gerrejja min ser jkun Starter Ufficjali li jsejjah it-tluq tat-tigrija
fil-gurnata. c. L-Istarter
flimkien mal-Isteward ser ukoll jassisti kull aspett tat-tigrija izda huwa
biss ser jkun l-Ufficjal desenjat li jsejjah il-1-2-3 u jiftah il-gates
ghat-tluq tat-tigrija. L-Istarter ta’ kull tigrija ser jkun identifikat lill-gerrejja
fil-“Weighing Room”. d. Il-hin
ufficjali meta kull gerrej ghandhu jkun il-Club presenti fil-Weighing Room
ghandhu dejjem jkun il-hin tal- bidu ta’ kull Meeting tal-istagun jew kif
imhabbar mod iehor ma kull kitba.Il-gerrejja u l-Owners ser jkunu responsabbli
u l-Judge jista jirrifjuta gerrejja li jippresentaw ruhhom tard sabiex
jintiznu bil-konsekwenza illi z-ziemel jigi scratched. e. Il-Handicapper
ser jkun persuna specjalment nominata mill-Judge li jiddeciedi dwar
il-handicap li jista’ jinghata lill- zwiemel li jippartecipaw matul-
l-istagun. Il-Handicapper flimkien mad-Dirigenti tal-MRC jista jissugerixxi u
jimplimenta sistema ta’ handicap sabiex il-kompetizzjoni tat-tigrijiet
tal-galopp tibqa kompetittiva. F’kaz illi jkun possibli illi jkun hemm zewg
kategoriji jew Klassijiet differenti ta’ zwiemel dan jkun kompitu aktar facli
. Ill-jkun il-Handicapper li jiddeciedi il-piz tal-kompetizzjonijiet u
tigrijiet .Illi tigrijiet programmati fil-kalendarju tal-istagun jkun dejjem
bil-handicap filwaqt illi tigrijiet bhal ma hija d-Derby jew Sponsored
Challenge Cup jingrew minghajr handicap sal final izda il-piz applikabbli
jkun dak li z-ziemel jkollu waqt l-istagun . f.
Kull Ufficjal tat-Tigrija ghandhu l-awtorita illi jkellem
lill-gerrejja , handlers u Owners u kull Ufficjal ghandhu jinghata r-rispett
xieraq u opportun .Kummenti zejda u rimarki waqt kull stadju tat-tigrija
mill-mument tal- Weighing tal-gerrejja sar –risultat finali tat-tigrija ser
jinkorru passi dixxiplinari u multi mill-MRC. g. L-Ufficjali
ser jiznu l-gerrejja u jinnotaw fuq d-dokumenti tat-tigrija l-piz ta’ kull
gerrej u ziemel partikolari. Il-gerrejja jrid ukoll jaghrrfu l-isem u
l-kunjom tal-handler inkarigat miz-ziemel u dan ukoll jigi nnotat
mill-Ufficjali fid-dokumenti tat-tigrija. h. Waqt il-Weghing
Session l-Ufficjali ghandhom jiehdu notament dwar talbiet partikolari
tal-gerrejja . Zwiemel illi jkollhom problemi fil-gagga jew zwiemel illi
jkollhom htiega jidhlu l-ahhar fil-gagga ghandhom jirraportaw lill-Ufficjali
f’dan il-hin u jkunu biss l-Ufficjali illi jiddeciedu jilqawx l-istess talba
. i.
Illi l-Ufficjal inkarigat milli jizen il-gerrejja ghandhu
jassikura illi l-gerrej jintizen skond il-piz handicap li jkollu u jaccerta
illi l-gerrej jintizen bis-sarc, hziem, helmet, frostin, numru u jew fadrappa
u kull accessorju li bih ser jirkeb waqt it-tigrija .Kull gerrej huwa obligat
u ghandhu jkun responsabbli sabiex jintizen qabel ma jippresenta ruhu
ghalll-uzin ufficjali fil-presenza tal-Ufficjali sabiex ma jintilifx hin u
sabiex kulhadd jiehu hsieb jkollu l-piz handicap esatt.Gerrej ghandhu
jintizen bl-istess affarijiet li jkun intizen qabel it-tigrija u l-accessorji
bhal helmet u frostin mhux obbligatorji li gerrej jintizen bihom. j.
Il-polza ghall-gates ta’ kull tigrija jittellghu wara illi
kull gerrej jkun intizen. Il-procedura tkun illi quddiem kullhadd jitpoggew
n-numri fil-basket ta’ dawk il-partecipanti illi ser jigru .In-Numru ta’
ziemel li ser jigi permess jidhol l-ahhar jitwarrab.In-numru li jitella’
l-ewwel jigi assenjat l-gate numru 1 , i-tieni li jittella jigi assenjat
l-gate numru 2 u jsegwu jigu
assenjati l-gates b’din is-sekwenza. k. L-Ufficjali
ser jsejjhu l-partecipanti fil-paddock area li jkollhom hames minuti sabiex
jippreparaw sabiex jirkbu u johorgu ghall-parata. l.
L-Ufficajli ser jaraw illi hdejn il-gagga jkun hemm biss
persuni awtorizzati li huma l-handlers nnominati ta’ kull ziemel, u
l-handlers ufficjali tal-MRC. m. L-Ufficjali
ser jkollhom d-dritt illi jirtiraw ziemel li jittardja ghad-dhul fil-gagga ,
ziemel illi jikkawza dewmien zejjed ghat-tluq regolari tat-tigrija u dan
fl-ahjar interess u sigurta tal-gerrejja u z-zwiemel partecipanti kollha.
a. Illi l-gerrejja li ser jippartecipaw k’kull
tigrija tal-Klabb ghandhom jkollhom
training licence tas-sena kurrenti mhallsa li tiswa 120 Euros b. Illi
l-gerrejja huma obbligati jkunu presenti fil-hin meta jibda l-meeting u jkunu
presenti fil-kamra tal-mizin sabiex jintiznu. Kull gerrej jintizen bis-sarc
komplut , hziem, helmet, frostin, numru u jew fadrappa u kull accessorju li
bih ser jirkeb waqt it-tigrija.Kull gerrej huwa obligat u ghandhu jkun
responsabbli sabiex jintizen qabel ma jippresenta ruhu ghall-uzin ufficjali
fil-presenza tal-Ufficjali sabiex ma jintilifx hin u sabiex kulhadd jiehu hsieb
jkollu l-piz handicap esatt. c. Il-gerrejja
taz-zwiemel li jikkwalifikaw mill-ewwel sat –tielet post ghandhom jieqfu
hdejn il-kamra tal-mizin ,hdejn l-Ufficjali u hadd ma jista jersaq lejn
iz-zwiemel. L-ufficjali ghandhom id-dritt jsejhu sabiex jintizen gerrej li
jikkwalifika fi kwalsiasi post. d. Il-gerrejja
jistghu jigu sottoposti ghall-breatheliser test . Gerrejja jigu skwalifikati
milli jirkbu jekk taht l-effett tax-xorb. e. Il-gerrejja
huma marbutin b’kodici ta’ kondotta xieraq lejn l-ufficjali tat-tigrija u
ghandhom jobdu minghajr diskussjoni l-ordnijiet tal-ufficjali .Diskors lejn
l-Ufficjali mhux ser jigi tollerat u ser jigi imposti skwalifiki u multi ghal
min joqos mir-rispett dovut lejn l-ufficjali. f.
Il-gerrejja ser jkunu obligati jaghtu l-isem u l-kunjom
tal-handler taghhom lill-Ufficjal meta jkunu qed jintiznu u meta jittellghu
l-poloz tal-gates.Handler jista jkun Owner izda sabiex jakkumpanja z-ziemel
jrid jkun registrat bhala handler mal-ufficjal tat-tigrija . g. Il-gerrejja
huma obbligati illi matul it-training u waqt galoppi fil-Korsa dejjem jilbsu
crash helmet.Jittiehdu passi kontra dawk il-gerrejja li ser jidhlu fil-korsa
minghajr crash helmet . h. Gerrejja taht
it-tmintax il-sena jehtiegu l-kunsens bil-miktub tal-genituri taghhom u
l-Club ma jkollu ebda responsabilita waqt t-tigrijiet .
a. Illi kull sid
jista jkun presenti waqt il-hin li jintiznu l-gerrejja u presenti
fil-paddock. b. Illi kull sid
huwa obbligat jhallas L-OWNERS MEMBERSHIP MAL-MRC sabiex jkun jista jirregistra
z-zwiemel fit-tigrijiet liema Membership tiswa 115 Euros ghall-istagun
tas-sena kurrenti u jintitolah ghad-dhul kollha tat-tigrijiet mizmuma
fil-Korsa . c. Illi s-sid
huwa wkoll obligat jhallas Training Licence sabiex juza l-Korsa .Din tiswa 70
Euros ghal kull sena kurrenti ghal kull ziemel. d. Registrazzjoni
ta’ ziemel gdid hija ta’230 Euros li ghal-ewwel sena tinkorpora training
licence (70 Euros ) u Membership ghal Sena (115 Euros) . e. Illi l-hlas
ghall- handler nominat mis-sid jkun ta’ 115 Euros fis-sena. f.
L-uzu tal-Korsa ghandhu dejjem jkun wiehed prudenti u
ghandhom jigu osservati r-regolamenti u l-hinijiet meta wiehed jista juza l-Korsa. g. L-Uzu tal-gagga huwa responsabilita tas-sid iz-ziemel
illi jkun qed jaghmel uzu minnha. Illi l-uzu taghha jrid jkun bil-permess
tal-Ufficju tal-MRC. Hadd m’ghandhu dritt li jressaq il-gagga u jsir appell
sabiex hadd ma jopera l-gates minghajr ma jiftah il-locks tal-gemb. Jsiru
diversi hsarat minhabba traskuragni u l-hsarat jsofruhom l-istess owners . Il-Klabb ser jzomm responsabbli
direttament lil owner ta’ ziemel li jikkawza hsarat lil-gagga. h.
Illi hija responsabilita
tal-Owner illi jirritorna lura n-numru li bih ikun gera lejn il-Klabb . Min
mhux ser jirritorna n-numru lura ser jkollu jhallas ghall-sett gdid u ma
jithalliex jikkompeti. 4. KLASSIJIET U HANDICAPS
5 .MEDITERRANEAN DERBY
Il-Mediterranean Derby ser tkun it-tazza
principali tal-istagun tal-galopp. Hija biss tissejjah bhala DERBY. Illi jikkwalifikaw ghal Mediterranean
Derby l-ahjar tmin (8) zwiemel tal-istagun.Iz-zwiemel kollha li jkunu grew
ser jkollhom punti li a bazi taghhom jintazlu sabiex jikkwalifikaw . Punti ghal rebha 1st
. sebgha (7) punti. Punti ghal Runner –Up 2nd hames
(5) punti. Punti tielet Post 3rd tlett
(3) punti. Fil-kaz li
jkun hemm aktar minn ziemel wiehed li jkollu l-istess punti sabiex
jikkwalifika mal-ewwel tmienja ,jittiehed in kunsiderazzjoni l-aktar ziemel
illi ikkompeta u fin-nuqqas tittella l-poza bix-xorti . Il-Mediterranean
Derby terga tibda ssir ghal nofs s-sena kif kienet issir fil-passat u ghal
dan l-iskop l-istagun tal- galopp jaghlaq u jiftah meta tigri din t-tazza.
Ghall-ewwel darba li ssir hekk tittiehed il-klassifika ghall-sena u nofs u
cioe minn Jannar 2007 sa nofs is-sena 2008, u wara tittiehed il-klassifika
minn-sena ghal sena minn meta jsir d-Derby.
6. CORONATION CUP Il-Coronation
Cup ser tkun it-tieni tazza prestiggjuza ghal-istagun tal-galopp. Iz-zwiemel li
jikkwalifikaw ghall-din il-kompetizzjoni jkunu l-ahjar tmin (8)zwiemel wara
t-tmin (8) zwiemel li jkunu jikkwalifikaw ghall-Mediterranean Derby. L-ebda
ziemel ma jista jigri f’dawn iz-zewg tazzez fl-istess stagun sakemm jigi
scratched ziemel mill-ewwel tmienja u f’’dak il-kaz jistghu jikkwalifikaw
biss ir-rebbieh u r-runner up tal-Coronation Cup. L-ebda ziemel li jkun gera
fil-Mediterranean Derby ma jista jigri f’din it-tazza fl-istess stagun . 7. STAKES U CHALLENGE CUPS Tigrijiet
Sponsorjati matul l-istagun jistghu jithabbru min zmien ghal zmien . Illi
dejjem jekk il-programm tal-MRC jippermetti il-heats ghall-dawn l-istakes
jingrew nhar ta’ gimgha biex ma jtellfux il-programm tal-kampjonat
bil-fakolta illi l-finali ta’ dawn
l-istakes jew Challenge Cups jiehdu post data ta’ tigrija tal-kampjonat
imhabbar. Il-MRC tista
wkoll thabbar illi l-heats jingrew f’data mhabbra tal-kampjonat u b’hekk
tithassar dik it-tigrija tal-kampjonat. Illi ghall-puntegg tal-kampjonat
il-heats jghoddu ghall-klassifika u l-punti tal-finali jghoddu ukoll. Il-piz
biss min heats ghall-finali ma jizdiedtx. Min jirbah fil-finali jizdied
fil-piz. 8.AWARDS Illi ser
jinghata Award ghall-ahjar gerrej tal-istagun . Dan jinghata fuq klassifika
ta’ punti matul s-sena . Punti ; 1st
7pts - 2nd 5 pts
- 3rd 3pts. Illi ser
jinghata Award ghall-aktar ziemel konsistenti tal-istagun fuq l-aktar ziemel
li jkollu punti matul s-sena . 9.ANTI DOPING Illi mill-bidu
tal-istagun 2007 il-MRC ser jintroduci l-Anti Doping Tests li jistghu jsiru
fuq basi regolari f’kull tigrija tal-istagun. Illi
l-procedura tkun dik esattament adoperata ghat-tigrijiet tat-trott. Illi
qabel kull meeting tittella tigrija bil-polza mill-Ufficjali tal-Klabb u
skond it-tigrija jissejjah iz-ziemel rebbieh sabiex jittihidlu kampjun
tal-urina /u /jew kampjun tad-demm. Is-sustanzi
ser jkunu dawk mhabbra mill-MRC . Is-sidien
ghandhom jsegwu kull direttiva u notifika tal-MRC dwar dan is-suggett. The Malta Racing Club – Flat Racing |
||||||||
|
REGOLAMENTI ADDIZZJONALI U EMENDI –
2008. |
||||||||
|
1.
Il- Mediterreanean Derby 2008 (1750 m) ser ssir ghal nofs l-istagun ghal habta ta’
Mejju .Il- Coronation Cup (1250m) ser issir ghal-ahhar tal-istagun 2008 .Jikkwalifikaw
zwiemel skond il-klassifika . 2.
Is-sistema
tal-punti ser tibda b’zero punti ghaz-zwiemel kollha mill-l-1 ta’ Jannar
2008. Il-Klassifika u l-Placings jkunu hekk; 1st- 7 punti. 4th
u kull min jippartecipa 2nd - 5 punti. Jinghata
punt (1pt). 3rd- 3 punti.
3. Iz-zwiemel li qatt
ma grew jigru b’dan il-piz ; a. zwiemel
barranin li kellhom rebha jew place sal –hames post fil-karriera taghhom
jigru 57 kilos. b. Zwiemel li
qatt ma grew inkluzi zwiemel Maltin jew zwiemel barranin li grew u dejjem
dahlu wara s-sitt post jew aktar
jigru 53 kilos . c. Ma ser jkun
hemm ebda distinzjoni bejn ziemel jew
debba rigward il-piz . d. Ziemel Gdid
dejjem jigri l-ewwel darba mal-Klassi A skond kif hawn fuq dettaljat. e. Iz-zwiemel
l-ohra jigru bil-piz presenti li ghandhom . f.
L-Ghola Piz li jista
jinghata ziemel jkun ta’ 70 Kilos. Illi jekk z-ziemel jirbah zewg tigrijiet
b’dan il-piz il-Handicapper jkollu jzidlu 2 kilos u l-massimu piz jkun ta’ 72
Kilos . g.
Rebha jizdied il-piz
b’zewg (2pts) punti u l-bqija jonqsu b’punt (1pt) .Min jinqabad jigbed ma
jitnaqqaslux il-piz u l-gerrej u z-ziemel ma
jiehdux punti ghal-klassifika gerrejja/zwiemel, kif ukoll jigu penalizzati skond
ir-regolamenti. 3.
Il-Klassijiet jinqasmu u
jissejhu Klassi A u Klassi B It-tigrijiet jinqasmu skond il-klassi biss meta jkun
possibli illi jinqasmu u jkun hemm bizzejjed
zwiemel miktuba ; a.
Klassi A - Minn 56 Kilos il-fuq b.
Klassi B - Minn 55 Kilos l-isfel 4.
Meta jinkitbu tnax (12)
il- ziemel jew aktar it-tigrijiet jinqasmu skond il-klassi u l-piz . 5.
Meta jinkitbu biss hdax
(11) il-ziemel jew anqas il-klassi ma tinqasamx u jittellghu tmienja (8)
bil-polza. Minn jibqa reserva jkollu dritt jigri u ma jitlax bil-polza
fil-kitba li jmiss. 6.
Il-piz jizdied ghal kull rebha anke fi Trophies , Challenge
Cups u Derby . 7.
Il-Klassifika tibda Jannar 2008 . Skond kif jista jigi
deciz mis-sidien nistghu nergghu nibdew b’zero punti mid-Derby sa Derby ta’
sena ohra jew il-klassifika tibqa sena shiha sabiex nibqghu nimxu mal-istagun
tal-Klabb. 8.
Premju Best Jockey u Most Consistent horse jinghata fl-ahhar tas-sena u l-klassifika
tkun minn Jannar 2008 sa Dicembru 2008 ghal dawn l-unuri. 9.
Il-hinijiet tal-Galoppi ghaz-zwiemel tal-Galopp nhar ta’
hadd jkun mill-10.00am sal 11.00am u ser jsiru restrizjonijiet biex dak
il-hin ma johorgux zwiemel tat-trott ghal aktar sigurta. 10.
Kull gerrej li jinqabad juza l-korsa minghajr helmet ser jinghata penali jew multa
u ser jitnaqqaslu punt (1) mill-klassifika tal-gerrejja . 11.
Mill-bidu tal-istagun ser jkun hemm Judge gdid
specifikament ghat-tigrijiet tal-Galopp. Dan ser jippresjedi fuq kull aspett
tat-tigrijiet tal-galopp f’kull meeting u jkun huwa li jirregola l-proceduri
tal-piz tal-gerrejja , dhul fil-gaggeg u t-tigrija u risultat finali .Huwa
jibqa assistit mill-Judges l-ohra li ser jassituh skond il-bzonn u kull
decizjoni tittiehed bil-vot tal-Judges kollha . Dan il-Judge ser jservi
l-funzjoni ta’ handicapper u ser jkun il-punt ta’ referenza ghall-jockeys li
jistghu jissejhu minnhu f’kull hin qabel jew wara t-tigrija . 12.
Il-Persuna li ser taqdi
dan id-dmir hija Mr . Raymond Clifton ghall- istagun 2008. 13.
Ir-regolamenti tad-Doping
jibqghu dawk generali
tal-MRC pero ghaz-zwiemel tal-galop ziemel li jinstab posittiv
jitnaqsulu l-punti ghaliex iz-ziemel jigi skwalifikat. Il-piz li jkun kiseb
bir-rebha jibqa bhala penali .Illi l-MRC Doping borrad jiffissa r-regoli ta’
min jkun suggett ghad-Doping . Dawn ir-regolamenti huma b’effett
mill-1 ta’ Jannar 2008 u gew fis-sehh wara laqgha konsultattiva li saret
fil-MRC mas- sidien , jockeys , membri tal-Owners Association , Mr Raymond
Clifton u Mr Jason Vassallo li kollha approvaw dawn ir-regolamenti u kienet
presenti anke l-Media.Il-Kunsill approva dawn ir-regolamenti ghall-istagun
2008. Dr
Matthew Brincat ll.d Malta Racing Club. Flat Racing . |
||||||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||