MALTARACINGCLUB.COM

 

 

NEWS & PRESS

Back To Main Page

 

REGOLAMENTI GODDA 2008

 DOPING:

 

 

1        Ziemel gdid jigi identifikat (jew bic-cippa jew numru) l-ewwel darba li jigri fil-paddock

 

2        Ziemel li jirbah it-tieni tigrija fl-istess stagun jista jkun mghajjat biex jitla ghad-doping test awtomatikament (minghajr polza)

 

3        Kull Ziemel li jitla ghad-doping test bilfors irid jittihiedlu kemm l-awrina kif ukoll id-demm.  (Is-Sid hu obbligat li jibqa jistenna sa massimu ta’ saghtejn (2) wara it-tigrija).  Kull sid ghandu id-dritt kollu li jahsel u jlesti iz-ziemel gewwa il-Kavallerija wara li dan ikun gera it-tigrija tieghu qabel ma jibda il-process tad-doping.

 

 

REGOLI GENERALI DOPING:

 

Kategorija Nru. 1  - Jibqa kollox l-istess

 

Kategorija Nru. 2  - Jibqa kollox l-istess

 

Kategorija Nru. 3  - Emendata minn dan l-istagun (2008)

 

 

3.1       Ziemel li jinqabad possittiv l-ewwel darba jigi skwalifikat. (Il-premju jmur ghand tat-tieni, etc, etc.

 

3.2             Ziemel li jerga jinqabad it-tieni darba, skwalifika u jithallas id-doping test mis-sid, qabel ma jerga jinkiteb.

 

3.3             Ziemel li jinqabad it-tielet darba, skwalifika taz-ziemel, id-doping test jithallas mis-sid u z-ziemel ma jinkitibx ghal 4 kitbiet konsekkutivi.

 

3.4             Jekk jerga jinqabad ghar-raba darba tittiehed dixxiplina iktar harxa mill-kunsill tal-Malta Racing Club.

 

3.5             Ziemel tat-trott jibqa jgorr ir-ranking points li jkun ha fit-tigrija li inqabad pozzitiv. Il-punti ghal fini ta klassifika ta l-aktar ziemel konsistenti dawn jitnaqqsulu flimkien mal-punti tal-klassifika tal-gerrejja.

 

3.6             Ziemel tal-galopp jibqa jgorr il-piz li jkun ha fit-tigrija li inqabad pozzittiv.  Il-punti ghal fini ta klassifika ta l-aktar ziemel konsistenti (tal-galopp) dawn jitnaqqsulu flimkien mal-punti tal-klassifika tal-jockeys.

 

 

 

MULTI U SOSPENSJONIJIET

 

Multi u Sospensjonijiet iridu jigi attwati fl-ewwel meeting tal-kitba li jkun imiss.

 

L-Appelli jsiru biss l-Erbgha ta wara l-ahhar meeting ta dik il-kitba.

 

Multi iridu jithallsu ma l-ewwel kitba li jkun imiss.  Fin-nuqqas ta dan iz-ziemel ma jinkitibx u il-gerrej ma jkunx jista jsuq fil-meetings ta wara.

 

 

 

REGISTRAZZJONI TAZ-ZWIEMEL

 

Gie deciz li b’effet immedjat zwiemel ta kull eta u li ma jkollomx rebh xejn barra minn pajjizna jkunu jistghu jinkitbu fil-Qualification Races.  Dan qed isir biex ninkoragixxu lill dawk is-sidien li jixtru jew xtraw zwiemel f’eta zghira, kemm Maltin kif ukoll barranin.

 

 

 

 

 

Il-Kumitat

Malta Racing Club

 

14 ta’ Jannar 2008