Friday 17th January 2014
L-1 u t-2 laghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – Id-19 u s-26 ta’ Jannar

minn Magnat


Nhar il-Hadd 19 ta’ Jannar jibda’ stagun gdid tat-tigrijiet taz-zwiemel, bit-tieni laqgha mbaghad issegwi gimgha wara, nhar il-Hadd 26 ta’ Jannar.  Iz-zewg laqghat jibdew fit-1.30pm u jinkludu tmien tigrijiet din il-gimgha u sebgha l-gimgha d-diehla.  Dawn huma kollha riservati ghaz-zwiemel tat-trott u huma fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.


Wara li x-xahar ta’ Dicembru kien mimli kampjonati u finali, qed nibdew l-istagun fuq nota aktar meqjusa, b’zewg settijiet ta’ tigrijiet “normali” hekk kif nibdew insegwu l-progress taz-zwiemel qabel il-bidu tal-ewwel kampjonati.


L-attrazzjonijiet ewlenin ta’ dawn iz-zewg laqghat huma zewg tigrijiet ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier, wahda f’kull laqgha, bi 13-il partecipant f’kull wahda.


Bhal ma hu l-kaz ghat-tigrijiet kollha f’dawn il-laqghat, se jkun interessanti li nsegwu l-forma ta’ dawk iz-zwiemel li kellhom stagun tajjeb is-sena l-ohra kif ukoll ta’ dawk li minnhom forsi stennejna ahjar.


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Premier tal-istagun, insibu r-rebbieh ta’ sitt tigrijiet l-istagun li ghadda Midnight Passion, ir-rebbieh tat-tigrija tas-Sidien tal-klassi Premier P.A. Surprise (li kien qed jaghmel id-debutt tieghu), z-ziemel li spicca fit-tieni post fil-finali tal-klassi Premier tal-Equestrian Festival Vejby Boom u dik li spiccat fit-tielet post Madam di Poggio, Made In Hoff li gejja minn rebha u pjazzament fit-tieni post, Nitesco d’Antony bi pjazzament fit-tieni post u rebha fl-ahhar tlett hargiet tieghu, Orion du Vaumicel li ppartecipa fil-finali tal-Prix de Vincennes wara zewg pjazzamenti konsekuttivi, Zalgado Transs R li ppartecipa fil-finali tat-Tazza tal-President u z-zwiemel l-ohra kollha mill-aktar validi. 


Imbaghad il-gimgha d-diehla t-tigrija tal-klassi Premier hija riservata ghaz-zwiemel bl-oghla punti ta’ handicap f’Malta.  Dawn jinkludu whud mill-iktar zwiemel ecitanti s-sena l-ohra bhar-rebbieh tat-Tazza l-Kbira Nabab du Chatelet, iz-zwiemel li rebhu tlett darbiet Sultan November u Lage, ir-rebbieh ta’ zewg tigrijiet Oran (li spicca fir-raba’ post fil-finali tal-klassi Premier tal-Equestrian Festival), ir-rebbieh tat-Tazza Sette Giugno tal-2012 Zilver Boko, l-finalisti tal-Prix de Vincennes u t-Tazza VOB Oltedo de Rieux (li spicca t-tielet fil-Prix de Vincennes) u Ourasi Diams u z-zwiemel l-ohra kollha ta’ kwalita’.


Din it-tigrija ghandha l-attrazzjoni mizjuda ta’ tlett debuttanti, kollha kemm huma Francizi, cioe’ z-zwiemel ta’ 11-il sena Plastic, Poulot des Cinty u Power of Love.


Tnejn minnhom huma miktuba bl-oghla numru ta’ punti ta’ handicap ghad-debuttanti u kumbinazzjoni jigu ahwa mill-missier, b’missierhom fiz-zewg kazijiet ikun l-istalljun Franciz Kiwi.


Wiehed huwa Poulot des Cinty, rebbieh ta’ 398,050 ewro barra minn xtutna, rizultat ta’ 18-il rebha u pjazzamenti numeruzi u bl-ahjar hin ta’ 1’13’0 fil-kilometru fuq 2,000m maghmul fl-2012.  Fl-ahhar 6 xhur ta’ tigrijiet tieghu fi Franza, dan iz-ziemel gera’ gewwa Korsika, b’rizultati tajbin hafna, cioe’ erba’ rebhiet u disa’ pjazzamenti ohra fost l-ewwel tlieta minn 18-il tigrija, ghalkemm l-aktar rebha prestigjuza fil-karriera tieghu kienet forsi dik registrata gewwa Vincennes, f’Marzu 2012, fil-Prix de Montsoreau (62,000 ewro f’total ta’ premjijiet ta’ flus) fuq 2,700m.


L-iehor huwa Plastic, rebbieh ta’ 377,470 ewro barra minn xtutna, grazzi ghal 8 rebhiet u hafna pjazzamenti u bl-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru fuq 1,609m maghmul fl-2010. Dan iz-ziemel ippartecipa f’diversi tigrijiet fi Franza b’total ta’ premjijiet ta’ flus ta’ 80,000 ewro jew aktar.  Fost l-ahjar prestazzjonijiet tieghu, nsibu hames hargiet konsekuttivi f’Jannar – Marzu 2011, li fihom spicca fit-tieni post erba’ darbiet (inkluz fil-prestigjuz Prix Julex Roucayrol – 80,000 ewro fi premjijiet ta’ flus) u ppjazza wkoll fir-raba’ post, dejjem gewwa Cagnes Sur Mer fuq id-distanzi twal ta’ 2925m u 2950m, u ghamel hin tajjeb ta’ 1’13’6 fil-kilometru.


Ghandna wkoll tlett tigrijiet mill-aktar ibbilancjati tal-klassi Gold, wahda fl-ewwel laqgha u t-tnejn l-ohra fil-laqgha tal-gimgha d-diehla.


It-tigrija ta’ din il-gimgha tara l-attrazzjoni rari ta’ xejn inqas minn sitt debuttanti, cioe’ z-zwiemel ta’ 8 snin Obelix Molgard (DK), Obelix Cream (DK) u Mival Tondi (IT), l-iSvediz ta’ 9 snin Means Nothing u z-zwiemel ta’ 10 snin Quattro du Gite (FR) u Wies Buitenzorg (NL).


Apparti dawn, insibu wkoll zwiemel li gejjin minn prestazzjonijiet tajba fl-ahhar ta’ l-istagun li ghadda, bhal Pirate d’Urzy – erba’ pjazzamenti konsekuttivi, Partner Blue, Quel Gibus u Quintet du Vivier li kollha pjazzaw ix-xahar li ghadda u diversi zwiemel interessanti ohra.


L-ewwel tigrija tal-gimgha d-diehla tinkludi hafna zwiemel tat-trott popolari, bhal Petit Pierricais, rebbieh tal-Prix de Cabourg tax-xahar li ghadda, Simb Tyrant rebbieh ta’ tigrija tas-Sidien tal-klassi Gold fl-ahhar laqgha tal-istagun, Quipson, rebbieh ta’ tigrija tajba x-xahar li ghadda, Niky de Memartin, Paleo des Cascades, Rapide du Matin, Energy Launcher u Ouf Boy, li kollha kellhom pjazzament fit-tieni post f’Dicembru u diversi zwiemel ohra mill-aktar validi.


L-ahhar tigrija tal-klassi Gold hija riservata ghal zwiemel li ghandhom punti ta’ handicap li jpogguhom fuq l-ghatba tal-klassi Premier.  Dawn jinkludu r-rebbieh tal-Prix d’Enghien Oolong, ir-rebbieh tal-finali tal-klassi Gold fl-Equestrian Festival (hames rebhiet is-sena l-ohra) Charm Hammering, iz-ziemel li spicca fit-tieni post Phenix de la Roque u dak li spicca t-tielet Power Night Star, Premier Avril li gej minn rebha u pjazzament, Prince Gaillard b’hames pjazzamenti konsekuttivi fl-ahhar hargiet tieghu, Zandina Boshoeve b’rebha u pjazzament fl-ahhar tlett tigrijiet taghha u tmien zwiemel ohra mill-aktar kompetittivi.


Il-bqija tat-tigrijiet huma tnejn ghall-klassi Copper, tlieta ghall-klassi Bronze u hamsa ohra riservati ghal zwiemel tal-klassi Silver.


Apparti dawk tal-klassijiet Premier u Gold, ghandna wkoll hames debuttanti ohra f’dawn it-tigrijiet, cioe’ l-iSvediz ta’ 6 snin Alfa Dream u l-Franciz ta’ 10 snin Quaimoro fil-klassi Silver, il-Franciz ta’ 8 snin Seigneur du Dropt u l-iSvediz ta’ 10 snin Victory Pointer fil-klassi Bronze u d-Daniz ta’ 6 snin Running Hope fil-klassi Copper.


U b’hekk, diga’ ghaddew kwazi tlett gimghat minn minu lkoll kemm ahna konna qed nawguraw lil xulxin is-sena t-tajba f’burdata festiva fl-ahhar laqgha.  L-istagun 2013 gie kkonsenjat ghall-istorja u issa ninsabu fil-bidu ta’ stagun iehor; iehor li jipprometti li jirriservalna aktar tigrijiet ecitanti u missielta.  Bhal dejjem madankollu, ejja ma nitilfu qatt is-sens ta’ l-aktar valuri mportanti; l-iktar l-ispirtu sportiv u li naghmlu minn kollox biex nevitaw incidenti.


L-ahhar laqgha


L-ahhar laqgha ta’ tigrijiet taz-zwiemel tal-istagun inzammet fid-29 ta’ Dicembru u din kienet bla dubju laqgha ohra pjacevoli li nzammet f’atmosfera festiva tipika ta’ dak iz-zmien tas-sena.


L-attrazzjoni ewlenija kienet il-Gran Finali VOB fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m, li gabet f’konfront ma’ xulxin iz-zwiemel li ppjazzaw fl-ahjar postijiet tal-finali tal-Prix de Vincennes u tat-Tazza tal-President mizmuma aktar kmien f’dak ix-xahar.


Ohime Mag ha l-kmant wara l-ewwel 100m mill-finali imsemmija, segwit mill-qrib minn Cloria Victis u Orgueil de Nganda.  Cloria Victis mar fuq quddiem zewg dawriet mit-tmiem izda Gently di Poggio ha l-kmant madwar mil mit-tmiem.  Madankollu Cloria Victis kompla jimprimi pass mghaggel fuq din it-tigrija, meta zied il-velocita’ tieghu biex rega’ mar fuq quddiem wara biss madwar 100m iehor.


Fil-frattemp, Okilaibo kien tela’ minn wara tal-qatta biex mar fit-tieni post kongunt, tnejn fuq barra ta’ Gently di Poggio. Imbaghad 700m mit-tmiem, huwa tela’ fit-tieni posizzjoni wahdu fuq barra ta’ Cloria Victis.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sad-dritta tat-tmiem, bi Cloria Victis jidhol l-ewwel fid-dritta  segwit minn Okilaibo.


Izda d-dritta tat-tmiem zammet lil kulhadd fuq il-ponot ta’ subghajh hekk kif dawn iz-zewg zwiemel nizlu d-dritta b’sahha liema bhala ras imb’ras b’velocita’ nkredibbli, b’Okilaibo misjuq minn Julian Farrugia, jirnexxielu jeghleb lir-rival tieghu fl-ahhar 20 metru biex kiseb is-sitt rebha stagjonali tieghu u t-tielet kampjonat tal-klassi Premier, ftit aktar minn ras quddiem il-kuragguz Cloria Victis, segwit minn Ohime Mag, Poppes Figher u Midnight Passion.  L-ewwel tlett zwiemel kollha ghamlu l-ahjar hin stagjonali kongunt fuq l-2,640m ta’ 1’14’2 fil-kilometru, l-ahjar hin fuq din id-distanza fl-ahhar hames snin u nofs.


Is-sinjuri Raymond Schembri, Twanny Scicluna u Patrick Cachia, f’isem il-bookmakers tal-korsa, sponsors tat-Tazza VOB, ipprezentaw il-premijijiet lis-sidien/ sewwieqa taz-zwiemel rebbieha u dawk li ppjazzaw.


Il-bqija tat-tigrijiet kienu kollha tigrijiet tat-trott ghas-sidien, cioe’ tigrijiet li fihom iz-zwiemel partecipanti kienu kollha misjuqa mis-sidien taghhom, bid-distanza tat-tigrijiet tkun dik iqsar ta’ 2,140m.


Id-debuttant Playboy C.H. ha r-rejls u mar fuq quddiem fit-tigrija tal-klassi Premier, segwit tnejn fuq barra minn Shakira Trot bid-debuttant l-iehor P.A. Surprise isegwi liz-ziemel ta’ quddiem fuq in-naha ta’ gewwa fit-tielet post.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sad-dritta tal-faccata li rat lil Shakira Trot tmur fuq quddiem segwita minn P.A. Surprise.


U din kellha tkun il-gurnata ta’ P.A. Surprise hekk kif huwa accelera biex ha l-kmant 350m mit-tmiem u mbaghad sprintja t-triq kollha sal-gister biex iddomina d-dritta tat-tmiem u kellu debutt tal-holm meta rebah b’xi erba’ tulijiet u nofs minn Arnie Sensation li spicca b’sahhtu, segwit minn Pro Shop u Shakira Trot f’1’15’6 fil-kilometru. F’gest ta’ min ifahhru, sid iz-ziemel P.A. Surprise Lorraine Cunningham, offriet il-premju ta’ flus li rebhet lill-Action for Breast Cancer Foundation.


Versace Boko ha l-kmant wara madwar 400m fit-tigrija tal-klassi Gold, vantagg li tilef ftit qabel il-bidu tal-ahhar dawra, meta Quipson mar fuq quddiem.  Diversi partecipanti resqu qrib taz-zwiemel ta’ quddiem fl-ahhar 400m u fost dawn kien hemm Simb Tyrant li pproduca l-aqwa sprint finali meta gie tlieta fuq barra biex ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’xi zewg tulijiet minn Rapide du Matin, segwit minn Happiness Photo u Oscarina f’hin ta’ 1’15’5 fil-kilometru.


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver, Milano du Gite ha r-rejls kmieni fit-tigrija segwit tnejn fuq barra minn Newman, b’dan l-andament jinzamm matul it-tigrija.  Fl-ahhar 900m Milano du Gite zied il-pass u fetah distakk iktar b’sahhtu ta’ zewg tulijiet, b’dan iz-ziemel izid anki iktar fil-velocita’ tieghu fl-ahhar 300m biex iddomina d-dritta tat-tmiem u kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu bi kwazi tlett tulijiet mill-istess Newman segwit minn Orio de Marancourt u Quo Vadis Phedo f’hin iehor ta’ 1’15’5 fil-kilometru.


Paolin de Bannes mar fuq quddiem wara madwar 300m mill-bidu tat-tieni tigrija tal-klassi Silver, u mexxa grupp kompatt sal-bidu tal-ahhar nofs dawra, meta Daring Daylight gie b’sahhtu fuq in-nahat ta’ barra, biex dahal l-ewwel fid-dritta tat-tmiem.


Madankollu fid-dritta tat-tmiem rajna sprint impressjonanti minn Command Coger li gie hamsa fuq barra b’dan iz-ziemel jeghleb kull oppozizzjoni u jmur fuq quddiem b’50 metru mit-tmiem, u jikseb is-sitt rebha stagjonali tieghu f’1’17’5 fil-kilometru, tul u nofs quddiem Mind Your Head li spicca b’sahhtu, segwit minn Daring Daylight u Paolin de Bannes.


L-ahhar tigrija tal-istagun rat lil Keystone Chad jiehu vantagg bikri mdaqqas li rnexxielu jzomm sad-dritta tal-faccata meta Law Suit hareg erbgha fuq barra, rnexxielu javvanza pozizzjoni wara l-ohra u fl-ahhar mar fuq quddiem 600m mit-tmiem.


Fid-dahla ghad-dritta tat-tmiem konna nsibu lil Law Suit quddiem Darco As b’dan ta’ l-ahhar johrog tnejn fuq barra biex jisfida liz-ziemel ta’ quddiem, jigi ras’imb’ras mieghu u fl-ahhar imur fuq quddiem f’nofs id-dritta tat-tmiem biex kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu minn Max Galbe li spicca b’sahhtu, segwit minn Law Suit u Pittacos f’1’17’4 fil-kilometru.


Matul l-ahhar laqgha tal-istagun, tqassmu wkoll il-premjijiet lir-rebbieha tal-unuri ewlenin tal-istagun tal-Malta Racing Club.  Ghaldaqstant il-premjijiet tqassmu lil Noel Baldacchino, bhala l-Ahjar Sewwieq tas-sena, Rodney Gatt bhal l-Aqwa Sewwieq Taht il-25 Sena, Michael Sultana bhala l-ahjar gerrej, is-sidien ta’ Andri Boko u Timolin, bhala l-aktar ziemel tat-trott konsistenti u l-aktar ziemel tal-galopp konsistenti rispettivament bi premju specjali jmur ukoll ghal Charles Grech, sid iz-ziemel tal-galopp veteran (17-il sena) Managing Director (li kien ukoll prezenti fil-korsa ghall-okkazjoni), l-uniku ziemel li kien rebah il-prestigjuza Mediterrean Derby ghal hames darbiet konsekuttivi bejn l-2002 u l-2006.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Matul dawn l-ahhar gimghatejn, il-Malta Racing Club ircieva r-rizultati ta’ 13-il test tad-doping ohra.  Nifirhu lis-sidien u t-trejners ta’:


 (a) Gently di Poggio, The Bad Rock, Cloria Victis u Midnight Passion, kollha fir-rigward tal-finali tat-Tazza tal-President,


(b) Owens Kin, Polytain, Petit Pierricais, Oolong, Ohime Mag u Okilaibo, kollha fir-rigward tal-finali tal-kampjonati SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi, u


(c) Okilaibo, Cloria Victis u Ohime Mag, kollha fir-rigward tal-Gran Finali VOB,


li r-rizultati taghhom kollha kkonfermaw li kienu nodfa minn sustanzi projbiti.  Dawn jaghlqu r-rizultati tat-testijiet tad-doping kollha ghall-2013.


Unur tas-Sewwieq tax-Xahar - Dicembru


L-Aqwa Sewwieq tax-Xahar ghal Dicembru huwa Ronald Cassar, li rebah dan l-unur abbazi tar-rebhiet li wettaq fis-semi-finali u fil-finali tal-Prix de Vincennes ta’ dak ix-xahar, it-tnejn fuq Ohime Mag, kif ukoll tat-tielet post miksub fuq l-istess ziemel fil-Gran Finali VOB.  Huwa jigi mfahhar ukoll ghall-gest tieghu u tas-sid l-iehor ta’ dan iz-ziemel (is-Sur M. Lautier) li offrew il-premju tal-finali tal-Prix de Vincennes lil Puttinu Cares.


Prosit tassew Ronald!


Nirringrazzjaw minn qalbna lil Equine Supreme talli gentilment issupportjaw mill-gdid din l-inizjattiva billi sponsorjaw ukoll din l-edizzjoni.


Clifferty Calleja gewwa Vincennes


Naghtu l-isbah xewqat taghna lis-sewwieq Clifferty Calleja li se jirrapprezenta lil Malta fil-Prix de Saint- Claude, tigrija li qed tissejjah it-Trofew tal-Amateurs tal-Ewropa.  Din it-tigrija se tinzamm fil-korsa leggendarja ta' Vincennes, f'Parigi, ghal sewwieqa amateurs gejjin minn pajjizi membri tal-UET, b'massimu ta' 16-il partecipant nominati mill-pajjiz rispettiv taghhom.


Id-distanza tat-tigrija hija wahda qasira ta' 2,100m bi premjijiet totali fi flus ta' 16,000 ewro, u hija miftuha ghal zwiemel ta' bejn 7 u 9 snin li r-rebh taghhom ma jilhaqx il-181,000 ewro.  Iz-ziemel li jigi allokat ghal kull partecipant jittella' bil-polza.


Awguri sincieri lis-sewwieq Clifferty Calleja, f'dik li bla dubju se tkun tigrija iebsa u kompetittiva minhabba l-kwalita' tal-partecipanti minn tant pajjizi Ewropej bi tradizzjoni kbira. 


Fatti u Cifri 2013 (L-ewwel parti):  Zwiemel tat-trott debuttanti 


Hekk kif qed nibdew stagun gdid, nibdew ukoll narkivjaw dak li ghadu kif spicca.  Fil-process li naghmlu hekk, niksbu c-cifru bazi li maghhom imbaghad se nkunu nistghu nqabblu dawk tal-istagun li gej (2014).


Rigward debuttanti, nistghu nghidu li l-2013 kienet sena tajba.  Kellna 229 debuttant tat-trott (se nezaminaw iz-zwiemel tal-galopp f’artiklu iehor), li huwa 18 aktar minn dawk li ghamlu d-debutt taghhom fl-2012 (ghalkemm 24 ukoll inqas mic-cifra stupenda tal-2011).  Dan huwa s-seba’ l-ahjar numru (kongunt) ta’ debuttanti fl-istorja tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta, bla dubju rizultat tajjeb.


Interessanti ninnutaw li c-cifra ghall-ewwel fazi tal-istagun kienet wahda baxxa ta’ 142 izda t-tieni fazi kienet ferm tajba b’xejn inqas minn 87 debuttant fi 3 xhur u nofs biss, u dan aktar milli patta ghall-ewwel fazi pjuttost fqira.


Sess


Ghal darb’ohra, s-sidien taz-zwiemel Maltin urew preferenza qawwija ghaz-zwiemel imsewwija, b’76% tad-debuttanti jkunu zwiemel imsewwija (anki jekk din ic-cifra rat tnaqqis mis-86.6% tal-2011 u t-78.2% tal-2012).  L-istalljuni ammontaw ghal 8.3% (tnaqqis mill-14.2% tas-sena ta’ qabel), izda l-aktar indikatur sinifikattiv f’dan is-settur kien iz-zieda notevoli fin-numru ta’ dwieb, bi preferenza aktar b’sahhitha tas-sidien f’dan ir-rigward, cioe’ 15.7% jew aktar mid-doppju tas-7.6% tal-2012.


Pajjizi tal-origini


Ghal darb’ohra d-debuttanti Francizi u Svedizi kienu l-aktar numeruzi.  Madwar 55.9% tad-debuttanti gew minn Franza li zammew l-istess livell tas-sentejn li ghaddew, cioe’ 55% fl-2012 u 55.75% fl-2011 (interessanti li ziemel gdid wiehed gie ri-esportat lejn Franza), filwaqt li l-iSvezja kellha 23.6% (tnaqqis mid-29.9% tal-2012 u t-32% tal-2011).  Total ta’ 79.5% bejn dawn iz-zewg pajjizi.


Madankollu, l-aktar zvilupp interessanti f’dan ir-rigward huwa z-zieda pjuttost materjali rregistrata mill-bqija tal-pajjizi, 'il fuq ghal 20.5%, li turi tendenza cara ‘l fuq mill-15.1% tal-2012 u t-12.25% tas-sena ta’ qabel.


Bhall-2012, kellna 8 pajjizi ohra rapprezentati fost id-debuttanti taghna, l-aktar l-Italja u l-Olanda bi 11-il debuttant kull wiehed (iz-zewg pajjizi rregistraw zieda tajba), segwiti mid-Danimarka u l-Germanja b’7 debuttanti kull wiehed (dawn baqghu bejn wiehed u iehor fuq l-istess livelli tas-sena ta’ qabel), bil-11-il debuttant l-ohra jkunu distribwiti bejn il-Finlandja (5), l-Istati Uniti (3), l-Belgju (2) u l-Awstrija (1).  B’differenza mis-snin ta’ qabel, ma kellniex debuttanti Norvegizi ghalkemm kellna xi whud ta’ nazzjonalita’ ohra li pero’ kienu jtellqu fin-Norvegja.


Klassi


Bhalma gara fl-2011 u l-2012, l-aktar klassi popolari ghad-debuttanti kompliet tkun il-klassi Silver bi kwazi 41.5%, zieda mill-34.6% tal-2012.  Din kienet segwita mill-klassi Gold b’21.8% u l-klassi Premier b’21.4%(tnaqqis mit-30.8% u t-28.4% rispettivament registrati fl-2012).


Il-klassi Bronze ukoll irregistrat zieda tajba fid-debuttanti b’xi 11.8% (zieda mill-5.2% fl-2012), bl-istess ikun il-kaz ghall-klassi Copper bi 3.5% (zieda mill-madwar 1% tal-2012).


Jekk tnehhi xi effett zghir tar-riaggustament fil-livelli ta’ rebh ta’ flus rikjesti ghad-dhul fil-klassijiet rispettivi, dan jista’ jindika li aktar zwiemel qed jigu mpurtati m’inqas rebh ta’ flus barra minn xtutna (u probabbli bi prezzijiet aktar accessibbli) milli kien il-kaz fis-snin ta’ qabel.  Tabilhaqq il-klassijiet Silver, Bronze u Copper flimkien tawna xi 56.8% tad-debuttanti kollha (zieda ta’ 16% mill-40.8% tal-2012), meta mqabbla mat-43.2% (tnaqqis notevoli mid-59.2% tas-sena ta’ qabel) tal-oghla klassijiet Premier u Gold.


Etajiet


Hafna mid-debuttanti (51.9% – tnaqqis zghir mill-54.5% tal-2012) iddebuttaw ta’ 9 (30.1%, fl-istess livell tad-29.4% tal-2012) jew 10 snin (21.8%, tnaqqis mill-25.1% tal-2012).  Madwar 14.9% kellhom 8 snin, 12.2% kellhom 7 snin u 9.6% kellhom 11-il sena.


Interessanti ninnutaw li z-zwiemel “zghar ferm” ta’ 3, 4, 5 u 6 snin kienu jghoddu mal-10.5% bejniethom (iz-0.9% li kien fadal jirreferu ghal zwiemel ta’ 12 u 13-il sena), li meta nghodduhom mal-persentagg ta’ zwiemel ta’ 7 snin jirrizulta f’total ta’ 22.7% tad-debuttanti li kienu zwiemel “zghar” ta’ bejn 3 u 7 snin, sostanzjalment oghla mit-13.7% tas-sena ta’ qabel.


Dan jindika li barra li in generali kellhom anqas rebh barra minn xtutna minn shabhom tas-sena ta’ qabel, iz-zwiemel tat-trott importati fl-2013 kellhom tendenza li jkunu izghar fl-eta’, u ghalhekk nittamaw li jkollhom karrieri itwal f’Malta.


X’se tirriservalna l-2014 fir-rigward ta’ dan l-indikatur importanti tal-istat tal-komunita’ tat-trott taghna, biz-zwiemel godda jkunu l-gebla tax-xewka taz-zwiemel tat-tigrija attivi fis-snin li gejjin?  Nistennew u naraw hekk kif jizviluppa l-istagun.


 


Nawgurawlkom bidu ecitanti ghall-istagun il-gdid 2014.