Thursday 1st May 2014
Id-19 u l-20 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – L-1 u l-4 ta’ Mejju

minn Magnat


Wara l-laqgha tat-Tazza l-Kbira mill-aktar ta’ success li kellna nhar il-Hadd li ghadda, qed jistennewna zewg laqghat ohra din il-gimgha, l-ewwel wahda nhar il-Hamis l-1 ta’ Mejju (festa pubblika ta’ Jum il-Haddiem) u mbaghad nhar il-Hadd 4 ta’ Mejju.  Iz-zewg laqghat jibdew fis-1.45pm u ghandna tmien tigrijiet tat-trott u tigrija tal-galopp f’kull wahda. 


Ghalkemm issa nghalaq b’success il-kapitlu tat-Tazza l-Kbira Bank of Valletta, il-laqghat li jmiss xorta jinkludu numru ta’ attrazzjonijiet bhal:


 (i) zewg tigrijiet tal-klassi Premier  – wahda f’kull laqgha;


(ii) il-bidu tal-kampjonat ghat-Tazza San Frangisk ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Copper;


(iii) tlett tigrijiet tal-klassi Gold maqsuma fuq dawn iz-zewg laqghat;


(iv) tigrija tal-galopp f’kull laqgha.


 Izda ejja nibdew fl-ordni.


It-tigrijiet tat-trott huma fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m, hlief ghall-kampjonat ghat-Tazza San Frangisk, li se tingera’ fuq id-distanza ftit itwal (izda xorta qasira) ta’ 2,140m.


It-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hamis tinkludi 12-il partecipant, fosthom zwiemel f’forma tajba bhal Zandina Boshoeve li gejja minn rebha fl-ahhar tigrija taghha, ir-rebbieh tal-kampjonat Assikura (klassi Gold) Phenix de la Roque u Made In Hoff li t-tnejn spiccaw fit-tieni post dan l-ahhar, Utah Hornline li ppjazza tajjeb fl-ahhar gimghatejn u z-zwiemel l-ohra validi kollha.


It-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd tghaqqad zwiemel li ghandhom numru anki oghla ta’ punti ta’ handicap f’din il-klassi.  Dawn jinkludu lir-rebbieh ta’ dan l-ahhar Zalgado Transs R, Petunia du Pont, Prieure’ u Tap Dance li kull wiehed minnhom spicca fit-tieni post fit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu, True Q li ppjazza fi tnejn mill-ahhar tlett tigrijiet tieghu, ir-rebbieh tal-Equestrian Festival ta’ Dicembru li ghadda fuq l-istess distanza Absolut Spender, ir-rebbieh tat-Tazza tal-President tas-sena l-ohra Gently di Poggio, iz-zwiemel relattivament godda Jos Cortina u Precieux Perrine, iz-ziemel Germaniz imsewwi ta’ 10 snin Isalus, li huwa debuttant assolut u z-zwiemel l-ohra validi kollha fil-lista ta’ 13-il partecipant.


Naturalment, bhal fit-tigrijiet tal-klassijiet kollha f’din il-gimgha, minkejja l-ahhar hargiet taghhom, wiehed irid ukoll joqghod attent ghad-distanza tat-tigrija mill-aktar qasira, li naturalment taghti vantagg li dawk iz-zwiemel li huma sprinters puri.


It-tlett tigrijiet tal-klassi Gold (tnejn nhar il-Hamis u ohra nhar il-Hadd) huma wkoll mimlija zwiemel promettenti, xi whud minnhom gejjin minn prestazzjonijiet mill-aqwa bhal fl-ewwel tigrija, r-rebbieha ta’ dan l-ahhar Happiness Photo, New Star D K, Reader Jyl u zwiemel li spiccaw fit-tieni post dan l-ahhar Wies Buitenzorg u Quermes Rush, flimkien ma’ zwiemel bhal Nitesco d’Antony, P.A. Surprise u Pegelas li fl-ahhar zmenijiet kienu qed jigru fil-klassi Premier.


Fit-tieni tigrija tal-klassi Gold, insibu zewg rebbieha ta’ dan l-ahhar Lost Photo u Quioco Dry, Presidential, Pan des Couperies, Veikko Hornline, Why Not As u Oscar Mati li kollha ppjazzaw tajjeb fl-ahhar hargiet taghhom, kif ukoll iz-zwiemel debuttanti msewwija l-Franciz ta’ 10 snin Quart de Cidre u t-Taljan ta’ 9 snin Los Angeles, fost iz-zwiemel validi kollha.  Minghajr dubju tigrija ohra ferm ibbilancjata.


Fl-ahharnett, fl-uniku tigrija tal-klassi Gold li ghandna nhar il-Hadd, insibu xejn inqas minn tlett rebbieha ta’ dan l-ahhar Quattro du Gite, Ollico Pellois u Pissaro, flimkien ma’ Obelix Cream, Querios du Randou, Obelix Molgard, L’Ideal de Fersan, Malewe u Quintet du Vivier li kollha ppjazzaw tajjeb dan l-ahhar, fost l-14-il partecipant mill-aktar kompetittivi.


Mhux spiss il-kaz izda nhar il-Hamis se jkun ta’ pjacir li naraw iz-zwiemel taghna tal-klassi Copper ikunu protagonisti ta’ din il-laqgha, permezz tas-semi-finali ghat-Tazza San Frangisk.  Tmienja u erbghin ziemel tat-trott maqsuma fuq erba’ semi-finali se jikkompetu ghal dan il-kampjonat, bl-ewwel tlieta minn kull semi-finali jikkwalifikaw ghall-finali li se tinzamm fil-11 ta’ Mejju.


Hemm seba’ nazzjonijiet rapprezentati, cioe’ d-Danimarka, l-Finlandja, Franza, l-Germanja, l-Italja, l-Olanda u l-iSvezja, bl-etajiet taz-zwiemel ivajaw hafna bejn 4 u 18-il sena.


F’kull semi-finali nsibu diversi zwiemel li jew gejjin minn prestazzjonijiet posittivi fl-ahhar xahrejn jew li ghadhom kif gew relegati mill-klassi Bronze, bil-bqija tal-partecipanti kollha jkollhom il-mezzi sabiex jisfidaw bis-sahha ghal post fil-finali.


L-ewwel semi-finali tinkludi zwiemel bhal Dreamed Victory (rebha u zewg pjazzamenti fit-tieni post fl-ahhar hargiet tieghu), Nolan Streamline (rebha fl-ahhar xahrejn), Ideal de Suce (zewg pjazzamenti fl-ahhar zewg hargiet tieghu), Kiton de Bouere (pjazzament tajjeb fit-tieni post fl-ahhar tigrija tieghu), b’ohrajn bhal Absolutelymeadow, Boshoevens Emily u Nympheta de Bisoir li ghadhom kif gew relegati mill-klassi Bronze.


L-istess huwa l-kaz fit-tieni semi-finali, bi zwiemel bhal Loulou de la Rose (rebha u pjazzament fl-ahhar zewg tigrijiet tieghu), Olifant du Pouy, Simone Surgy, Ronin del Brenta u ohrajn jirnexxielhom jiksbu pjazzamenti tajba fl-ahhar gimghat, filwaqt li zwiemel bhal Robin Lou u Pout des Quelaines gejjin minn tigrijiet fil-klassi Bronze dan l-ahhar.


Fost il-partecipanti validi kollha fit-tielet semi-finali nsibu lil Icare de Jemma u Fuoco Nel Fuoco li t-tnejn kienu qed jigru fil-klassi Bronze dan l-ahhar u ohrajn bhal Monte Cinto Mag, Minou de Perdriat, Mirage d’Ete u Manifi Pointer fost ohrajn, li kollha ppjazzaw fl-ahhar tlett hargiet taghhom.


Fl-ahhar semi-finali, Uranium des Arkads gej minn zewg rebhiet konsekuttivi u Noble d’Urzy minn pjazzament u rebha, bi zwiemel bhal Ocean Gede’, Pine Wood Harry u Quella des Moyeux li ppjazzaw tajjeb fl-ahhar gimghat, filwaqt li ohrajn bhal Bob Wielinga u Stormy Sand jkunu zidiet recenti f’din il-klassi, u bil-partecipanti l-ohra kollha jkollhom it-talent sabiex jiksbu post fil-finali.


Il-bqija tat-tigrijiet tat-trott huma ddedikati ghall-klassijiet Silver u Bronze, bil-Franciz Quoly mistenni jiddebutta fil-klassi Silver u l-iSvediza Cullinan Diamond tigri ghall-ewwel darba’ fil-klassi Bronze.


Iz-zewg tigrijiet tal-galopp se jingrew fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 1,750m.  Dik ta’ nhar il-Hamis hija tigrija tal-Klassi A li s-sitt partecipanti fiha huma zwiemel ta’ kwalita’ bhar-rebbieh tal-Mediterrean Derby, tal-Coronation Cup u ta’ tigrijiet ohra prestigjuzi s-sena l-ohra Kimberley Downs (li gej ukoll minn rebha fl-uniku harga tieghu din is-sena), Gold As Good li gejja minn rebha u xejn inqas minn hames pjazzamenti fl-ahhar tigrijiet taghha, Enthrall li qed taghmel ir-ritorn taghha wara waqfa ta’ aktar minn 4 xhur, iz-zwiemel pjuttost godda Key Art u Zen li se nsegwu b’interess il-progress taghhom u d-debuttant assolut iz-ziemel imsewwi Brittaniku ta’ 5 snin Icewan.


It-tigrija ta’ nhar il-Hadd hija riservata ghal zwiemel tal-galopp tal-Klassi B b’lista iktar ristretta ta’ erba’ zwiemel li jikkonsistu fir-rebbieh tal-Mediterranean Derby fl-2011 Buttermilk li gej minn zewg pjazzamenti tajba, Ollie Fliptrik li gej min hames pjazzamenti konsekuttivi, Bon Santos li kellu harga pozittiva fl-uniku tigrija tieghu din is-sena u Johnny McGurk li qed ifittex iktar titjib wara li ghamel ir-ritorn tieghu ghat-tigrijiet gimghatejn ilu, wara waqfa twila.


 U b’hekk, wara l-eghluq tat-Tazza l-Kbira nirritornaw ghal laqghat tat-tigrijiet iktar “normali”.  Jiena dejjem inhoss li l-kampjonat tat-Tazza l-Kbira tassew jaghti spinta ‘l quddiem lill-istagun billi jzid l-entuzjazmu u l-adrenalina fina lkoll, sidien, sewwieqa, trejners u spettaturi.  Tabilhaqq il-kumplament tal-istagun huwa mimli appuntamenti kbar u varjati, nibdew miz-zewg laqghat li gejjin u mbaghad inkomplu bil-bidu ta’ kampjonati ecitanti ohra fil-gimghat li gejjin.  Bhal ma jghidulna meta nivvjaggaw bl-ajruplan “zommu c-cinturin maqful” ghall-appuntamenti li gejjin...


L-ahhar Laqgha


Il-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda li nzammet quddiem l-akbar folla tal-istagun kienet minghajr dubju ddominata mill-akbar avveniment tat-trott tas-sena, cioe’ l-finali tat-Tazza l-Kbira Bank of Valletta ghall-2014 (it-tmenin anniversarju mill-ewwel darba li nzammet, lura fl-1934) fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m.


Apparti l-ispettaklu ppreparat mill-Malta Racing Club li kien jakkumpanjaha, din it-tigrija mill-aqwa kellha wkoll bhala kontorn seba’ tigrijiet ohra kollha fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m, inkluzi tnejn ghall-klassi Gold u tlieta ohra ghall-klassi Silver.


Finali tat-Tazza l-Kbira BOV


Nistghu nghidu li Cloria Victis iddomina din il-finali meta zamm il-kmant prattikament mill-bidu sat-tmiem.  Perceval hareg fuq quddiem izda wara ftit ghaxriet ta’ metri dan inqabez minn Cloria Victis li ta pass pjuttost gentili lil din it-tigrija, segwit minn Perceval, Oltedo de Rieux u Oran.


Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sal-bidu tal-ahhar dawra, meta zdieded il-velocita’ izda Cloria Victis baqa’ f’kontroll assolut, segwit minn Perceval mar-rejl u Oran fuq in-naha ta’ barra.


Fid-dritta tal-faccata, hekk kif safa’ attakkat miz-zwiemel l-ohra, Cloria Victis irrisponda b’awtorita’ u zied il-velocita’ tieghu sabiex ikkonsolida l-vantagg tieghu.  Gol-ahhar 300m, l-iSvediz ta’ 10 snin Cloria Victis, misjuq b’mod magistrali minn Charles Degiorgio, pproduca sprint fantastiku sabiex irrezista b’mod komdu l-attakk kuragguz ta’ Perceval matul id-dritta tat-tmiem, u rebah bi tlett kwarti ta’ tul mill-istess Perceval, segwit minn Oltedo de Rieux, Quiet Way li spicca b’sahhtu u Oran, f’1’15’8 fil-kilometru fuq id-distanza ta’ 2,640m.


B’hekk Cloria Victis rebah it-tieni tigrija tieghu f’Malta u l-aktar importanti t-Tazza l-Kbira BOV ghall-2014.  Huwa sar ukoll l-ewwel ziemel tat-trott Svediz li qatt rebah dan l-aktar unur prestigjuz fit-tigrijiet tat-trott f’Malta.


Wara t-tigrija, s-Sur Charles Borg, l-Ufficjal Ezekuttiv Ewlieni tal-Bank of Valletta, akkumpanjat mill-Onor s-Sur Chris Agius, Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zghazagh u Sport, ipprezenta t-trofej u l-premjijiet lis-sidien u sewwieqa taz-zwiemel li rebhu u ppjazzaw, fil-prezenza ta’ mistednin ohra distinti li kienu prezenti ghall-okkazjoni.


Klassi Gold


Id-debuttant Franciz Quel Homme ha kmant bikri fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, segwit mill-qrib ghall-bicca l-kbira tad-distanza minn Ironbar u Nophenio de Lune.  Ghal god-dritta tat-tmiem kien Quel Homme segwit qisu dell minn Ironbar, li hareg fuq in-naha ta’ barra sabiex jisprintja b’sahhtu u jattakka liz-ziemel ta’ quddiem, b’dawn iz-zewg zwiemel jipprovdu tmiem mill-isbah.


Fl-ahhar kien Ironbar ir-rebbieh b’ras biss mill-istess Quel Homme, segwit minn Means Nothing u Quitou Jim Park.  Din kienet l-ewwel rebha stagjonali u r-raba’ wahda f’Malta ghar-rebbieh, f’hin ta’ 1’15’1 fil-kilometru.


Versace Boko ha kmant bikri fit-tieni tigrija tal-klassi Gold, segwit minn Xray Hornline u diversi zwiemel ohra.  Madankollu fid-dritta tal-faccata rajna zieda qawwija fil-velocita’ ta’ Brave Duo li rnexxielu anki jmur fuq quddiem 650m mit-tmiem.


Izda fl-istess hin rajna lil Pile Ou Face javvanza fuq in-nahat ta’ barra sabiex wasal ferm qrib ta’ Brave Duo.  Pile Ou Face mar fuq quddiem fil-bidu tad-dritta tat-tmiem u sprintja b’mod eccellenti sabiex sar l-ewwel ziemel li kiseb ir-raba’ rebha dan l-istagun s’issa (it-tmien wahda tieghu f’Malta), ftit iktar minn ras quddiem Xray Hornline, segwit minn Cowboy Party u Count of Life, f’1’15’5 fil-kilometru.


Klassi Silver


Okapi des Dimes kien fuq quddiem mill-bidu sat-tmiem fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver, u kellu vantagg pjuttost sostanzjali ghal parti sewwa mid-distanza.


Is-sitwazzjoni nbidlet fl-ahhar 400m meta l-vantagg taz-ziemel ta’ quddiem tnaqqar sostanzjalment u huwa kellu jiffaccja sfida mill-aktar serja fid-dritta tat-tmiem mill-isprint b’sahhtu ta’ Pridem d’Hague, izda Okapi des Dimes irnexxielu jirrezisti dan l-attakk biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta ras biss mill-istess Pridem d’Hague, segwit minn Quick Et Rare u Zeta Jones A, f’1’15’9 fil-kilometru.


Livi Champion ha kmant bikri fit-tieni tigrija tal-klassi Silver, segwit mill-qrib mid-debuttant Franciz Rocky Mati, fost ohrajn.  Obi Wan Kenobi avvanza tajjeb fid-dritta tal-faccata u rnexxielu jitla’ ras’imb’ras ma’ Livi Champion madwar 600m mit-tmiem.


Livi Champion xorta rnexxielu jzomm il-kmant u kien l-ewwel li dahal fid-dritta tat-tmiem, izda f’dak l-istadju ma seta’ jaghmel xejn biex jirrezisti l-isprint b’sahhtu ta’ Rocky Mati li wassal lil dan ta’ l-ahhar ghal debutt tal-holm, meta rebah b’madwar zewg tulijiet minn Pema li spiccat b’sahhitha, segwita minn Mint Condition u Newman.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’15’7 fil-kilometru, l-ahjar hin personali assolut fil-karriera tieghu.


Diversi zwiemel kienu fuq quddiem fil-bidu tal-ahhar tigrija tal-klassi Silver inkluzi Megiddo u Julian Port, izda kien dan ta’ l-ahhar li ha l-kmant fil-bidu tal-ahhar 1,000m.  Madankollu, fid-dritta tal-faccata rajna l-progressjoni mpressjonanti ta’ Rasting Celina sabiex tela’ fir-raba’ post, isegwi lil Julian Port, Record de Mexique u Megiddo.


Ghal god-dritta tat-tmiem madankollu, l-protagonist kien Rasting Celina li mar fuq quddiem fl-ahhar 150m u baqa’ hemm sat-tmiem sabiex kiseb it-tieni rebha tieghu minn daqstant tigrijiet f’Malta s’issa, zewg tulijiet quddiem Record du Mexique, segwit minn Julian Port u Megiddo.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’14’5 fil-kilometru, l-ahjar hin fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda u wkoll l-ahjar hin personali assolut fil-karriera tar-rebbieh.


Mitejn sekonda (L-Ewwel Parti - Qabel it-Tigrija)


Daqshekk damet!  3 min 19.99 sekondi – il-hin tal-finali tat-Tazza l-Kbira BOV, jew xi 200 sekonda!


Izda kemm hemm hwejjeg ohra li jikkaratterizaw finali ta’ din in-natura!  L-ekwivalenti Maltija tal-Prix d’Amerique fi Franza, l-Elitlopp fl-iSvezja jew il- Gran Premio Lotteria d’Agnano fl-Italja.


Nammetti li ghalkemm ili nhobb din it-tazza minn mindu kont tifel, f’dawn l-ahhar sentejn kelli nithabat sabiex inkun fil-korsa fil-gurnata l-iktar important.  Is-sena l-ohra ma rnexxilix nigi minhabba li kont involut f’incident u din is-sena rnexxieli bil-hniena minhabba impenn li kelli f’Ghawdex.  Izda t-tellieqa kontra l-hin sabiex nasal fil-korsa kienu tassew val la pena!


Tassew ... ghal dawk il-200 sekonda biss?


Iva, sa certu punt, ghax dawk il-200 sekonda huma tabilhaqq ippakkjati bl-ecitament u wasslu ghar-rebbieh tal-edizzjoni tat-Tazza l-Kbira fit-80 anniversarju taghha.  Izda x’kien hemm iktar?


L-ewwel haga li laqtitni malli dhalt fil-korsa kienet il-folla.  X’folla kbira u mill-isbah kien hemm fil-korsa nhar il-Hadd li ghadda!  Hassejtni trasportat lura ghas-snin tmenin u l-aktar ghall-isfidi kbar bejn Isard du Pont u Jouteur de Clos ta’ dawk iz-zmenijiet, bil-korsa tkun mimlija daqs bajda!


U mbaghad kien it-temp glorjuz – is-sena l-ohra l-finali kellha tigi posposta minhabba l-maltemp izda din is-sena, t-temp allegro u xemxi pprovda l-isfont perfett ghal din it-tigrija fantastika.  Niftakarni nahseb li anki t-temp kien qisu qed jitbissem ghall-okkazjoni!


Iltqajt ma’ u ltqajt ma’ Salvu Mallia ta’ TVM liebes ta’ sewwieq ghall-okkazjoni.  Anki hu kien kjarament qed jiehu pjacir bl-atmosfera u kkummenta li qatt ma kien jimmagina li t-tigrijiet taz-zwiemel kienu tant pjacevoli!


U mbaghad l-ispettaklu mhejji mill-Malta Racing Club.  Il-model cars Opel Adam u l-muturi Harley Davidson li wasslu s-sidien u s-sewwieqa – moment xieraq fic-centru tal-attenzjoni ghal dawn il-protagonisti tat-tigrijiet taz-zwiemel li tant jaghmlu xoghol maz-zwiemel taghhom, hafna drabi minn wara l-kwinti!


U mbaghad l-ammont kbir ta’ fotografi prezenti fil-korsa ghal din l-okkazjoni ... f’certu sens ddispjacieni ghalihom ghax kienu fuq xoghol filwaqt li ahna konna qed niehdu pjacir izda huma ghamlu bicca xoghol kbira u pprovdew “coverage” ghal din ic-celebrazzjoni tal-isport.  U nittama li huwa hadu pjacir ukoll b’din l-okkazjoni.


Imbaghad is-sewwieqa kollha flimkien bl-ilbies tat-tigrija kkulurit taghhom, tahlita ta’ zghozija u esperjenza.  Sibt ruhi nixtieq li kont wiehed minnhom ... irrid nghid li huwa ferm improbabbli, ghax bilkemm naf insuq karozza, ahseb u ara ziemel :).


Kont milqut mill-kumment ta’ wiehed mis-sewwieqa “Li qed nikkompeti bizzejjed ghalija.”  X’kumment sabih u xieraq – li tkun wiehed mill-11-il maghzul sabiex tippartecipa fit-tigrija tas-sena huwa tassew privilegg.


U r-ritratt tas-sewwieqa, flimkien mas-Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zghazagh u Sport, l-Onor is Sur Chris Agius, il-kelliem tal-Oppozizzjoni ghall-iSport l-Onor is-Sur Robert Cutajar – dimostrazzjoni ta’ kemm l-isport jikkostitwixxi simbolu ta’ ghaqda fix-xena politika wkoll u sinjal ta' apprezzament nazzjonali ghal dan l-isport, ic-Cermen tal-Kunsill Malti ghall-Isport l-Onor Dott Luciano Busuttil, il-Kap Ezekuttiv Ewlieni tal-Bank of Valletta s-Sur Charles Borg sponsors tassew apprezzati ta’ din l-edizzjoni, c-Cermen tal-Malta Racing Club Dott Matthew Brincat u ufficjali tal-Klabb.  Kollha kemm huma kontributuri ewlenin ghas-success ta’ dan l-avveniment.


Il-parata taz-zwiemel partecipanti, mnaddfin u mlibbsin b’mod mill-isbah u lebsin l-ghata kommemorattiva, mmexxija minn rebbieha tat-Tazza l-Kbira tal-passat.


Ir-ragel li kelli magenbi kien tassew kuntent jara b’mod partikulari lill-ixjeh wiehed fosthom kollha, In Vitro du Bourg ta’ 18-il sena jigi moghti sprint fuq dik il-korsa li ratu tant drabi jidhol fiz-zona tar-rebbieha.  Dan ir-ragel esklama “Hemm ghadu!”.  Izda fil-verita’ kien ta’ pjacir kbir li narawhom kollha lil dawn ir-rebbieha tal-passat li kien hemm prezenti l-Hadd li ghadda– parti mill-istorja tat-Tazza l-Kbira.


U mbaghad l-ecitament u t-tensjoni li jipprecedu t-tigrija nnifisha.  Wiehed jista’ kwazi jaqtaghhom b’sikkina!  Jaffettwaw is-sidien, is-sewwieqa, l-ispettaturi kollha kemm ahna izda b’mod partikulari z-zwiemel, li zgur ihossu t-tensjoni madwarhom u li huma wkoll ikunu ecitati daqsna lkoll – jekk mhux iktar!  Inhares madwari u nara sahansitra xi whud jaghmlu s-Sinjal tas-Salib qabel ma tibda’ t-tigrija!


Ir-ragel ta’ hdejja jghid lit-tifel li ghandu qrib tieghu, n-neputi, “Se jkollna nqumu bil-wieqfa biex nara din it-tigrija, ghax kulhadd iqun biex jaraha.”  U tassew hekk hu!


Ghajnejja jimtlew bid-dmugh hekk kif nimmagina lili nnifsi fil-post ta’ dak it-tifel, u mohhi jmur lura lejn meta jien kont tifel ta’ 8 snin nara l-ewwel finali tat-Tazza l-Kbira tieghi 35 sena ilu (Espoir des Marais kien ir-rebbieh dakinhar – tiftakruha?) u z-ziju tieghi kien qed ighidli xi haga simili, cioe’ li rrid nersaw qrib ir-rejls biex inkun nista’ nara xi ftit mit-tigrija ghax se jkun hemm tant nies ohra li jippruvaw jaghmlu l-istess.


Ghal ragunijiet ta’ spazju, se nhalli l-impressjonijiet tieghi tat-tigrija u ta’ dak li gara wara ghall-edizzjoni tal-gimgha d-diehla.


 


Nagurawlkom zewg laqghat mill-aqwa fil-granet li gejjin.