Friday 11th September 2020
BOV Tazza l-Kbira


Nhar il-Ħadd li ġej tibda l-akbar kompetizzjoni fil-kalendarju tat-trot Malti hekk kif isiru l-heats tal-BOV Tazza l-Kbira.


 


Għalkemm din il-kompetizzjoni qed issir kważi sitt xhur aktar tard milli previst minħabba il-pandemija tal-Covid19, l-entużjażmu tas-sidien ma naqas xejn hekk kif din is-sena se naraw numru rekord ta’ żwiemel ta’ l-ogħla klassi jipparteċipaw f’seba’ heats sabiex jippruvaw jikkwalifikaw għas-semi finali.


 


Dan il-kampjonat ma kienx ikun possibbli mingħajr is-sostenn finanzjarju tal-Bank of Valletta li għalkemm it-tiġrijiet se jkunu qed isiru mingħajr spettaturi xorta ikkonfermaw l-għajnuna tagħhom.


 


81 żiemel li minnhom 14 se jkunu qed jiddebuttaw f’Malta se jieħdu sehem f’seba’ tiġrijiet li minnhom 28 jikkwalifikaw għas-semi finali li jsiru nhar is-27 ta’ Settembru.  Il-finali bi tnax il-żiemel issir il-Ħadd 11 t’Ottubru.


 


Il-pubbliku jista jsegwi dawn it-tiġrijiet b’mod dirett fuq il-paġna ta’ Facebook u l-kanal ta’ YouTube tal-Malta Racing Club.  L-ewwel tiġrija tibda fis-6:00 pm


 


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/04/20