Friday 6th August 2021
Finali Kampjonat tas-Sajf MRTL


Nhar il-Ħadd li ġej 8 t’Awwissu se jsiru s-seba’ finali tal-Kampjonat tas-Sajf li għar-raba’ sena konsekuttiva se jsiru grazzi għas-sostenn finanzjarju tal-konsorzju Marsa Race Track Limited.


 


Din is-sena dan il-kampjonat sar fuq żewġ legs fejn iż-żwiemel kellhom il-possibilità li jiġru darba fuq id-distanza 2140m u darba fuq id-distanza 2640m. Saru b’kollox 6 programmi għal total ta’ 53 tiġrija maqsuma f’seba’ kategoriji fejn iż-żwiemel ingħataw punti skont kif spiċċaw f’kull tiġrija mill-ewwel sa’ l-għaxar post. L-aktar tnax-il żiemel f’kull kategorija li ġabar punti kellu d-dritt li jipparteċipa fil-finali fejn f’każ li fit-tnax-il post kien hemm parita ġew meqjusa l-aħjar pjazzamenti u fejn dawn kienu ugwali l-ħinijiet irreġistrati.


 


Is-seba’ finali se jsiru fuq distanza ta’ 2140m u barra t-trofej b’kollox se jitqassmu aktar minn għaxar t’elef ewro fi premjijiet.


 


L-ewwel finali tibda fis-7:00 pm u peress li għadna qed insegwu r-restrizzjonijiet tal-pandemija u spettaturi mhumiex permessi l-pubbliku huwa mistieden isegwi b’mod dirett dawn il-finali fuq il-kanal tal-YouTube u l-paġna ta’ Facebook tal-Malta Racing Club.


 


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/04/21