Friday 29th October 2021
Finali Kampjonat Krafft


Din is-sena l-Kampjonat Krafft reġa’ rritorna għall-Klassi Silver bid-differenza li minflok is-solitu erba’ tapep sar fuq tliet stadji.


 


Erbgħa u disgħin żiemel ipparteċipaw f’disa’ heats nhar il-Ġimgħa 8 t’Ottubru li minnhom sitta u tletin għaddew biex jiġru fi tliet semi finali li saru nhar il-Ġimgħa 22 t’Ottubru. Peress li kien hemm dead heat għar-raba’ post f’waħda mis-semi finali, il-finali kiener se tkun iddisputata bejn tlettax-il żiemel iżda sfortunatament wieħed miż-żwiemel ma setax jieħu sehem u għalhekk xorta tnax se jkunu wara l-karozza tat-tluq il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru.


 


Bħas-soltu l-poloz tal-finali saru quddiem is-sidien infushom u dawn ittellgħu mir-rappreżentant lokali għad-ditta Krafft is-Sur Shaun Pete Azzopardi flimkien maċ-Chairman tal-Malta Racing Club u Equestri/Malta l-Imħallef Emeritu Antonio Mizzi.


 


Hekk kif fis-semi finali ġew irrekordjati ħinijiet ta’ livell għoli għal din il-kategorija, qed nantiċipaw finali mill-aktar missielta u spettakolari.


 


Il-poloz telgħu hekk:


 


1.BEST OF MORCHIES


2.BELLINA DE L’ODON


3.DONATELLO KILY


4.HALLAS JUDEX


5.GOLIATH BOKO


6.DERBY CHEVALERAIE


7.EL GUSTO


8.TRIOMPHE FERM


9.DIEGO DU COUDOU


10.GIGARO AM


11.DREAM TURGOT


12.BORIB DU RANDOU


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


MRC/07/21