Friday 3rd June 2022
Kampjonat tal-Mediterran u l-Baħar l-Iswed

Nhar il-Ħadd li ġej f’Malta se ssir l-ewwel tappa tat-trot tal-Kampjonat tal-Mediterran u l-Baħar l-Iswed fil-korsa tal-Malta Equidrome.


 


Minkejja li fl-aħħar snin il-parteċipazzjoni tas-sewwieqa f’dan il-kampjonat minħabba diversi raġunijiet, xorta jibqa’ l-fatt li dawk li jipparteċipaw, fosthom is-sewwieqa Maltin, ikunu qed jistennew bil-ħerqa din l-opportunita li jaqsmu esperjenzi differenti.


 


Wara li minħabba l-pandemija l-programm ta’ dan il-kampjonat kien wieħed li jimxi maċ-ċirkostanzi attwali, din is-sena se terġa’ tinżamm it-tradizzjoni li l-ewwel tappa tat-trot issir f’pajjiżna. F’din it-tappa Malta se tkun irrappreżentata minn Paul Galea filwaqt li għall-Franza se jsuq Martin Cormy, Walter d’Ambrogio għall-Italja u Gheorghe Iulian Tanase għar-Rumanija.


 


It-tiġrija tkun il-ħames waħda fil-programm riservata għall-klassi Silver. Is-sewwieqa jingħataw punti skont il-pożizzjoni li jispiċċaw fiha. Barra f’Malta se jsiru wkoll tapep f’Cagnes-sur-Mer, Rumanija u Siracusa.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/07/22