Friday 23rd September 2022
Calleja Jibqa fl-Ewwel Post tal-Klassifika


Fit-tieni ġurnata tal-Kampjonat Dinji għal-Sewwieqa Amateurs it-tnax-il sewwieq kienu fl-azzjoni fil-korsa ta’ Vinovo f’Turin b’żewġ tiġrijiet oħra.


 


Fl-ewwel tiġrija Cliferty Calleja kellu żiemel li mill-ewwel deher li ma kienx f’kundizzjoni li jġelled għall-ewwel pożizzjonijiet u filfatt kellu ftit diffikultà fit-tluq iżda Calleja rnexxielu jirkupra dan l-iżball biex spiċċa fis-sitt post.


 


Għat-tieni tiġrija l-Malti kellu wieħed miż-żwmel favoriti iżda li ma kienx żiemel faċli fit-tluq u għalhekk Cliferty iddeċieda li ma jieħux ċans li jitlef kollox mill-ewwel u qagħad attent ħafna. Wara t-tluq beda jirkupra l-iżvantaġġ iżda kif kien mistenni l-kompetituri l-oħra kienu għassa tiegħu u ma kellux triq faċli. Bi sprint veloċi fl-aħħar dritt irnexxielu jispiċċa t-tiġrija fit-tieni post.


 


Dan fisser li fit-tieni ġurnata Cliferty Calleja xorta baqa’ jokkupa l-ewwel post tal-klassifika bi 28 punt segwiet qrib ħafna mis-sewwieqa tal-Italja u Belġju b’26 punt u dak Arġentin b’24 punt.


 


L-aħħar ġurnata ta’ dan il-kampjonat issa tkun is-Sibt b’żewġ tiġrijiet fil-korsa ta’ Firenze.


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/19/22