Tuesday 21st March 2023
Finali Kampjonat Executive Security


Għar-raba’ sena konsekuttiva l-kumpanija Executive Security permezz tad-Direttur tagħha Stephen Ciangura huma l-isponsors tal-Kampjonat riservat għall-klassi Silver. Dan il-kampjonat issa wkoll sar wieħed minn dawk mistennija mis-sidien u l-parteċipazzjoni f’din il-kategorija dejjem tkun waħda tajba ferm.


 


Bejn is-Sibt u l-Ħadd 4 u 5 ta’ Marzu 74 żiemel ipparteċipaw f’seba’ heats li minnhom 33 żiemel ġrew fit-tliet semi finali li saru s-Sibt 18 ta’ Marzu. Fiż-żewġ fażijiet rajna tiġrijiet ikkumbattuti ferm u b’ħinijiet li jixhdu l-livell li laħqet din il-kompetizzjoni.


 


Aktar kmieni llum, is-sidien ġew mistiedna jassistu għat-tlugħ tal-poloz tal-finali li se ssir il-Ħadd 2 t’April u tkun tikkonsisti fi tnax-il finalist bid-distanza tkun dik ta’ 2140m.


 


Ir-rebbieħ jingħata trofew kif ukoll għata kommemorattiva u jingħataw ukoll trofej lil dawk li jispiċċaw fit-tieni, it-tielet u r-raba’ post. Barra minn hekk kull żiemel finalist għal darb’oħra se jingħata numru tat-tluq personalizzat sabiex wara li jintuża fil-finali jkun jista’ jinżamm bħala tifkira.


 


It-total ta’ premjijiet imqassma fil-finali se jkun ukoll ftit aħjar mis-snin preċedenti u jammonta għal total ta’ €1775.


 


Għal dawn it-tlugħ tal-poloz kien hemm preżenti Stephen u Iler Ciangura, Direttur u Manager Amministrattiv tal-Kumpanija Executive Security kif ukoll il-Licensing and Compliance Manager ta’ EquestriMalta Josef Grixti.


 


Il-finalisti se jitilqu b’dawn in-numri:


 


1.       Equateur Mauzun


2.       Delta de l’Erdre


3.       Diablo de Forgan


4.       Cesario


5.       Deede Star


6.       Classic d’Urzy


7.       Star’s Fighter


8.       Gringo Boko


9.       Foppa Sisu


10.   Durfan


11.   Moon Zappa


12.   Askö Giant


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Coordinator


Malta Racing Club


 


MRC/04/23